Edward Scicluna – One News

Notifiki

Il-PM iżur l-uffiċini tal-MITA li kellhom żieda ta’ faċilitajiet b’investiment ta’ €1 miljun

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Finanzi  Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari​ għall-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo, żar l-uffiċini tal-Awtorità għat-Teknoloġija u l-Informatika, il-MITA li għadhom kemm saħħew il-faċilitajiet tagħhom b’investiment ta’ madwar miljun ewro.Aqra aktar

Għada jibdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa

Minn għada se jibdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa, miżura tal-budget 2020 u li semmiet fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Din il-miżura se tiswa ħdax-il miljun u nofs ewro u se tolqot 212,000 ħaddiem.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-gvern qed jimplimenta din il-miżura minkejja l-isfidi. Aqra aktar

Pjan li jindirizza s-sitwazzjoni bla preċedent li għaddejna minnha

Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li tfassal abbażi tas-sitwazzjoni bla preċedent li l-pajjiż affaċċja fl-aħħar xhur minħabba l-pandemija Covid-19.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li mexxew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, huma u jispjegaw aktar il-miżuri mħabbra mill-Prim Ministru t-Tnejn. Aqra aktar

Il-Ministru Edward Scicluna f’laqgħa fejn ġiet diskussa t-triq ‘il quddiem biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi li ħalliet il-COVID-19

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa f’vidjokonferenza fil-15 ta’ Mejju 2020, sabiex ikompli jiġi diskuss x’għandu jkun ir-rispons ekonomiku għall-kriżi li qed tħalli warajha l-COVID-19. Aqra aktar

Send this to a friend