Edukazzjoni – Page 2 – One News

Notifiki

ARA: L-edukaturi qed jgħallmu bl-użu tat-teknoloġija

“Nittama li tinsabu tajbin kif ninsab jien. Grazzi ħafna tal-qawsalli li bgħattuli l-bieraħ. Mijiet irċivejt imma kollha rajthom u kollha sbieħ. Kieku qegħdin l-iskola llum għandna l-pjyama day.”

Dan hu l-messaġġ li kellu l-Kap tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex Lelio Spiteri, wieħed minn mijiet ta’ edukaturi li fl-aħħar jiem irrikorrew għat-teknoloġija biex iżommu kuntatt mal-istudenti tagħhom. Aqra aktar

Diskussjonijiet sabiex it-tagħlim isir online

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici ħabbar li wara laqgħat li kellu mal-istakeholders ewlenin tas-settur edukattiv li jinkludu: l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti, kif wkoll l-union tal-għalliema (MUT) sar qbil li: minn nhar it-Tnejn li ġej l-iskejjel primarji kollha jużaw il-paġna www.curriculum.gov.mt fejn fiha se jittella’ l-materjal edukattiv kollu u r-riżorsi għall-kull sena tal-iskola Primarja. Aqra aktar

L-investiment teknoloġiku fl-edukazzjoni żdied b’700%

Mill-bidla fil-Gvern l-investiment teknoloġiku fl-iskejjel madwar il-pajjiż ra qabża enormi. Tant li filwaqt li fl-2013 kienu jintefqu madwar €2,500,000 fis-sena, is-sena d-dieħla n-nefqa mistennija titla’ għal €17,500,000. Dan f’investiment mingħajr preċedent hekk kif il-Gvern mhux biss qiegħed jara li jinbnew skejjel ġodda, iżda li l-iskejjel kollha madwar il-pajjiż ikunu attrezzati bl-aqwa mod inkluż f’dik li hi infrastruttura moderna li tolqot id-diversi aspetti tat-tagħlim. Aqra aktar

Send this to a friend