Edukazzjoni – Page 17 – One News

Festival letterarju b’diversi lingwi

Il-Forti sant’ Iermu għal darba oħra se jkun is-sit tal-festival internazzjonali tal-letteratura li se jħaddan awturi u poeti mnn pajjiżi differenti biex jesibixxu l-kitbiet tagħhom f’pajjiżna.

Dwar dan kellima wieħed mill-koordinaturi tal-festival, Adrian Grima, li spjegalna kif l-attrazzjoni ewlenija din is-sena hija fil-fatt il-preżenza ta’ ilsna differenti.

Aqra aktar

Numru rekord ta’ studenti jagħżlu x-xjenza

550 student fl-iskejjel sekondarji għażlu li jistudjaw il-bioloġija u 300 student għażlu li jistudjaw il-kimika.

Dan qalu l-Ministru għax-xogħol u l-edukazzjoni Evarist Bartolo waqt konferenza fil-Life Sciences Park, flimkien mal-Ministru Helena Dalli. Il-Ministri tkellmu  dwar żewġ korsijiet fl-Università ta’ Malta fil qasam tal-farmaċewtika: id dottorat fil farmacija f’livell 8, u baċellerat fix-xjenza fit-teknologija farmaċewtika.

Il-ġimgha d-dieħla se jiftaħ il-bibien tiegħu iċ-ċentru Esplora f’Bighi. Minn età żgħira t-tfal jistgħu jsiru midħla ta’ suggetti relatati max-xjenza u jkunu preparati għall-karriera f’dan is-settur.

Aqra aktar

Bżonn kbir għall-iskrivani

Min qed jimpjega ħaddiema fl-uffiċini qed jitlob kwalifikazzjonijiet ogħla, izda dawk li jagħżlu li jkomplu jistudjaw qed jaqbżu l-kwalifiċi mitluba. B’hekk qed tinħoloq sitwazzjoni fejn dawn
il-kumpaniji mhumiex isibu biżżejjed applikanti adekwati għat-talba tagħhom.

Aqra aktar

Żieda ta’ 20,000 impjieg fi tliet snin

Mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sa tmiem Frar li għadda, in-numru ta’ nies jaħdmu full-time laħaq il-175,200. Dan ifisser li mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 19,788 impjieg full-time.

Illum il-Minsitri Chris Cardona u Evarist Bartolo żaru l-kumpanija Metalform fl-isfond tar-riżultati ekonomiċi pożittivi u l-ħolqien tal-impjiegi.

Dan meta matul ħames snin t’amministrazzjoni preċedenti, t-tkabbir kien ta’ 11,250 impjieg full-time. Fi tlett snin l-impjiegi żdiedu iktar minn kemm żdiedu f’ħames snin taħt Gvern Nazzjoanalista.

Fl-ewwel tlett snin ta’ din l-amministrazzjoni, kull jum żdiedu 18-il impjieg full-time. Din hija tlett darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti.

Aqra aktar

Illum PE kit jew uniformi?

Kull filgħodu għadni nqum xi ftit maħsuda, moħħi sħaba ta’ thewdin.

Illum PE kit jew uniformi?

Hemm ħobż frisk għall-lunch?

Il-pitazz tal-home-school-link ittawwaltlu sew il-bieraħ?

Tgħid nerġgħu ngħaddu l-kliem tal-ispelling game jew sar il-ħin?

Imbagħad is-sħana tfakkarni li issa s-sajf, u ibni għadu rieqed raqda li qabel id-disgħa mhux se tintemm. Aktar ma jikber aktar jikbru r-responsabilitajiet. Sirt nirrelata ħafna ma’ dawk il-ġenituri li wliedhom qed jirċievu r-riżultati tal-O u l-A levels, u ngħid: dalwaqt imiss lilna.

Iżda fejn qabel dawn l-eżamijiet kienu akkumpanjati minn sens ta’ biża, li jew tgħaddi minnhom jew tasal tarf id-dinja, naħseb illum is-sitwazzjoni qed tinbidel, għaliex is-servizzi żdiedu. Ħadt gost li għal sena oħra se jkunu offruti lezzjonijiet tal-privat b’xejn lil dawk li m’għaddewx mis-suġġetti bażiċi tal-O’Levels. L-applikazzjonijiet jagħlqu propju għada, it-Tnejn 18 ta’ Lulju. Qabel, jekk il-familja ma kienx ikollha mezzi biżżejjed biex tibgħat lit-tfal għal privat, kien ikollu jkun miraklu biex jgħaddu. Nistenna xorta waħda sens ta’ responsabilità, li dawk li jinkitbu jattendu għall-lezzjonijiet kollha u jkunu mħeġġa mill-ġenituri.

Aqra aktar

Skejjel tal-istat irid ikollhom liċenzja wkoll

Fost il-proposti li huma inklużi fir-riformi tal-qasam edukattiv hemm il-proċess ta’ liċenzjar tal-iskejjel. Proċess li se jsaħħaħ l-awtonomija tal-iskola filwaqt li jimmira għal servizz aqwa lill-istudent. Din id-darba anke skejjel tal-gvern irid ikollhom liċenzja u din tista’ saħansitra tintilef. Tkellimna ma’ Ian Mifsud, mid-Direttorat għall-Istandards tal-Edukazzjoni. Aqra aktar

Opportunitajiet edukattivi ġodda fl-MCAST u l-ITS

GEM16+ huwa programm edukattiv iffukat li kien imniedi mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Issa tfassal pjan biex il-programm jiġi rikonoxxut kemm mill-MCAST u mill-ITS.  B’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet għall-istudenti li jattendu f’dan iċ-ċentru edukattiv.

GEM16+ fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba f’Ottubru 2015 għal studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja. L-għan huwa li jservi ta’ tarġa għal dawk l-istudenti li jonqoshom il-kwalifiki meħtieġa fil-livell taċ-ĊES (SEC) sabiex ikomplu r-rotta tagħhom fil-qasam akkademiku.  Il-programm jiffoka fuq preparazzjoni intensiva għall-eżamijiet taċ-ĊES fil-Malti, fl-Ingliż, fil-Matematika, fil-Fiżika u l-ECDL.

Aqra aktar

Send this to a friend