Edukazzjoni – Page 16 – One News

Tista’ tikteb waqt dawk il-ħames minuti!

L-istudenti Univeristarji issa se jkollhom l-opportunità li waqt il-ħames minuti ta’ qari li jkun hemm qabel jibda’ eżami, jiktbu noti ta’ ippjanar. S’issa, waqt dawn il-ħames minuti, wieħed seta’ biss jaqra l-mistoqsijiet jew jara l-karta tal-eżami u jippjana mentalment.

Deċiżjoni li aktarx tinżel tajjeb ħafna m’għadd ta’ studenti, hekk kif f’dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi lmenti li l-qari ta’ qabel l-eżami kien qed iservi aktar ta’ deni milli ġid.  Ħin ta’ silenzju fejn wieħed ma jista’ jagħmel xejn kien qed jgħin sabiex jiżdied il-livell ta’ stress qabel l-eżami.

 

Tablets fil-klassijiet mill-ġimgħa d-dieħla

Il-bidu ta’ sena skolastika ġdida se jġib miegħu l-bidu tal-proġett “tablet per child” mal-istudenti tar-raba’ sena. Ix-xogħol biex din il-miżura tkun suċċess għaddej ġmielu tant li kienu propju l-għalliema li spiċċaw fuq il-bankijiet qabel l-istudenti tagħhom.
Aqra aktar

Ftehim ġdid biex aktar studenti jkunu preparati għad-dinja tax-xogħol

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol laħaq ftehim mal-GRTU dwar il-programm edukattiv GEM16+.

Bis-saħħa ta’ dan ftehim, studenti li qed jitħejjew għas-SEC u jattendu l-programm se jkunu jistgħu jgħaddu minn esperjenza ta’ xogħol  skont il-ħiliet u l-ħajriet tagħhom.

Il-programm joffri ukoll preparazzjoni lill-istudenti għall-eżamijiet ta’ SEC fil-Malti, l-Ingliz, il-Matematika, il-Fiżika u l-ECDL.

Paul Abela mill-GRTU saħaq li r-riżorsa umana trid tirrispondi għall-tkabbir ekonomiku li għandha Malta. Għaldaqstant il-programm se joffri preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol lill-istudenti.
Il-Ministru ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dan il-programm huwa ta’ ġid għall-istudenti.

Aqra aktar

Ma jirriżultax li tal-mini buses abbużaw

Investigazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Konsumatur dwar ir-rati ta’ trasport imħallsa minn ġeniturii li jibagħtu lit-tfal fi skejjel tal-Knisja ma sabitx abbuż minn naħa tal-operaturi tal-minibuses. Din is-sena l-operaturi żiedu l-prezzijiet tagħhom. Dan f’mument fejn il-Gvern ta’ inċentiv fit-taxxa lil dawk li jibgħatu lil uliedhom permezz ta’ dan it-trasport u l-prezz tad-diesel naqas.

Aqra aktar

Klabb 3-16: konkorrenza qawwija aktar minn qatt qabel!

Klabb 3-16 qed iservi ta’ nifs għall-ġenituri li jaħdmu, tant li kienet lanqas għadha ntemmet Skola Sajf, li għadd ta’ tfal kienu diġa irreġistrati biex jattendu dan il-klabb, fil-ġimgħatejn li jkun għad fadal sakemm tibda sena akkademika oħra.

Tkellimna ma’ Elizabeth Pisani, Kap Eżeukiitv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, li spjegat kif għal dawn il-ġimgħatejn hemm aktar minn elf student li inkitbu.

Aqra aktar

11,500 student attendew Skola Sajf 2016

Id-domanda għas-servizz ta’ Skola Sajf qed tkompli tiżdied tant li meta wieħed iħares lejn l-aħħar sentejn jara żieda fin-numru tat-tfal li attendew. Mhux biss, iżda wkoll qed tiżdied id-domanda biex l-iskejjel fis-sajf jibqgħu miftuħa filgħaxija biex jaqdu l-esiġenzi tal-familji.

Aqra aktar

“Kemm ħadt gost niżfen fil-Parlament!”

Dan kien kumment li qalilna wieħed mit-tfal li attenda SkolSajf.  “Rispett lejn kulħadd” kienet it-tema għal din is-sena.

SkolaSajf huwa programm edukattiv isir ta’ kull sajf għat-tfal biex iwessgħu l-esperjenza edukattiva tagħhom. Il-qofol ta’ dawn is-seba’ ġimgħat intlaħaq f’okkażjoni fil-Parlament. Tfal ġejjin mill-iskejjel ta’ San Bastjan Ħal-Qormi u ta’ San Pawl il-Baħar esbixxew dak kollhu li għamlu:  drama, żfin, kant u tpinġijiet li fihom spikkaw id-diversità u r-rispett lejn kulturi differenti.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia u l-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aqra aktar

L-applikazzjonijiet għall-Breakfast Club huma miftuħa

L-applikazzjonijiet għas-servizz tal-Breakfast Club huma miftuħa u l-ġenituri jistgħu japplikaw għal dan is-servizz fuq www.edu.gov.mt/breakfastclub

Dan is-servizz, li huwa pprovdut mingħajr ħlas, huwa disponibbli għat-tfal f’livell primarju fl-iskejjel tal-istat.

Din hija t-tielet sena ta’ din l-inizjattiva u s’issa użaw is-servizz mas-6,000 student bl-investiment min-naħa tal-Gvern jkun ta’ miljun u nofs ewro.

Aqra aktar

Send this to a friend