Edukazzjoni – Page 14 – One News

419-il student jagħżlu l-etika – ara kif jaħsbuha l-Maltin!

Fis-sena skolastika li għaddiet, 419-il student fl-iskejjel tal-Istat għażlu li jattendu għal-lezzjonijiet tal-Etika minflok tar-Reliġjon.

Innota dan il-Ministru għall-edukazzjoni, Evarist Bartolo fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.

Waqt One News Breakfast, Louise Chircop, koordinatriċi tas-suġġett fissret li l-etika tgħallem dwar valuri,  kif tista’ ssir persuna aħjar, u tgħix il-ħajja b’valuri sodi u b’saħħithom. Fuq kollox jitratta ħafna r-rispett lejn ħaddiehor.

Aqra aktar

Ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-privat: tinħoloq il-fondazzjoni Education Malta

Education Malta hija Fondazzjoni li nħolqot bi ftehim bejn il-Gvern Malti u s-settur privat. Il-fondazzjoni se taħdem fuq inizjattivi għall-proġetti ġodda fil-qasam edukattiv, bil-għan li tattira lejn Malta iktar investiment barrani.

Education Malta se taħdem mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-formazzjoni ta’ diversi policies li għad iridu jittieħdu fis-settur edukattiv.

Aqra aktar

Jedukaw l-edukaturi!

Bdew programmi ta’ taħriġ professjonali fi ħdan l-Istitut għall-Edukazzjoni, biex jappoġġjaw lil kull tip ta’ edukatur ta’ kull livell.

It-taħriġ qed jingħata skont il-pjan ta’ azzjoni tal-iskejjel u l-aħjar metodi ta’ tagħlim.

Fil-ftuħ ta’ dan it-taħriġ, il-Kap Eżekuttiv Joanne Grima qalet li f’dinja li kontinwament qed tinbidel, it-tfal iridu jkunu mgħallma ċertu valuri u kompetenzi sabiex ma jkollhomx biss suċċess akkademiku, iżda wkoll suċċess soċjali u personali.

Għalhekk xogħol l-edukatur qatt ma jista’ jieqaf jevolvi biex dejjem ikun żgurat li l-iskejjel jagħtu l-aħjar esperjenza lill istudenti tagħna.

Aktar minn 5,000 tifel u tifla flimkien fl-isport

Aktar minn 5,000 tifel u tifla u magħhom anke adulti, ingħaqdu biex jagħmlu l-isport u jipparteċipaw fil-programm On The Move. Dan f’erbatax-il ċentru madwar Malta u f’ċentru ieħor li jibda mill-ġimgħa d-dieħla f’Għawdex.

Din hija attività sportiva tax-Xitwa, li fis-snin li għaddew kienet tissejjaħ Skola Sport.

Illum ingħata bidu għal dan il-programm li jibqa’ sejjer sa Mejju li ġej. Dwaru, one.com.mt tkellem ma’ Mark Cutajar, il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta.

Aqra aktar

Permess għal skola ġdida f’San Pawl il-Baħar

L-Awtortià tal-Ippjanar ħarġet il-permess għal bini ta’ skola ġdida f’San Pawl il-Baħar, proprju fi Triq il-Port Ruman u Triq Anneto Caruana fiż-żona tal-Qawra. L-iskola l-ġdida se tilqa’ 700 student u sebgħin għalliem. Se tinbena fuq erba’ sulari u fost oħrajn se jkun fiha child care u 29 klassi. Dan minbarra għadd kbir ta’ faċilitajiet moderni oħra. L-iskola se tinkludi wkoll parkeġġ li jesa’ 400 karozza li wara l-ħinijiet tal-iskola se jkun miftuħ għall-pubbliku.

22 studenti tas-sekondarja ħarġu tqal tul is-sena skolastika li għaddiet

Kienu 22 l-istudenti tas-sekondarja li tul is-sena skolastika li għaddiet kienu qed jistennew tarbija.

Meta wieġeb mistoqsija parlamentari tal-membru parlamentari laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li tnejn kellhom 13-il sena, waħda 14, erbgħa 15-il sena u 15 kellhom 16-il sena.

Tlieta minn dawk li kellhom 16-il sena u waħda li kellha 15 baqgħu jmorru l-iskola, fiwaqt li disa’ marru għas-Servizz Għożża u tmienja ppreferew li jibqgħu d-dar.

IL-MATEMATIKA – l-aktar suġġet li għalieh studenti attendew klassijiet ta’ resits

Fil-Parlament il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien mistoqsi jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC, sena skolastika b’sena skolastika.

Jirriżulta li filwaqt li fl-ewwel sena tal-klassijiet ta’ reviżjoni, attendew 551 student, is-sena li għaddiet attendew 777, u din is-sena 770.

L-iktar suġġett li studenti għamlu resits tiegħu kien il-Matematika, kemm fl-2014 u kemm fl-2015. Wara, hemm l-Ingliż. Jirriżulta wkoll li kien hemm rata ogħla ta’ studenti li għaddew mir-resits fl-2014 milli fl-2015, kif jindikaw dawn it-tabbelli li kienu preżentati lbieraħ filgħaxija.

Aqra aktar

Min eċitat, min anzjuż!

Ħafna minn dawk li għadhom kif spiċċaw l-istudji tagħhom jaqblu li żmien l-universita kien l-isbaħ żmien ta’ ħajjithom.

Wara li l-ogħla stituzzjoni edukattiva reġgħet fetħet il-bibien tagħha nhar it-Tnejn, jidher li l-istudenti diġa’ stabilixxew rutina, iżda l-eċitament u dik id-daqsxejn ta’ ansjetà, ma tonqosx lanqas.

Aqra aktar

“Għadu dlam ċappa”

Storja ta’ tifel tal-iskola tirrifletti r-realtà ta’ ħafna.

Permezz ta’ forum fuq sit soċjali, raġel irrakkonta kif dan it-tifel joħroġ jistenna t-trasport għall-iskola meta ma tkunx laħqet telgħat ix-xemx.

Jemmen li għandha ssir xi ħaġa dwar il-fatt li minkejja li l-ħinijiet tal-iskola huma madwar sitt sigħat, it-tfal fil-verità jiddedikaw ħafna aktar ħin għall-iskola, meta tqis il-ħin li jivjaġġaw u l-ammont ta’ xogħol li jkunu jridu jagħmlu d-dar. Dan minbarra t-tagħlim reliġjuż li ħafna drabi jsir wara l-ħin tal-iskola (bħall-Mużew u d-duttrina) u attivitajiet oħra; żfin, kant, football, u privatijiet f’ċertu każi. Il-kittieb jistaqsi fejn hu l-ħin biex it-tfal jagħmlu dak li vera jixtiequ, igawdu ftit ħin liberu, u finalment igawdu t-tfulija.

Aqra aktar

Investiment li se jtejjeb l-aċċess għall-internet f’ 36 skola

Microsoft Malta, flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, llum ħabbru proġett ġdid li kien jinvolvi l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ Wi-Fi f’36 skola madwar Malta u Għawdex. Għall-bidu, dan l-investiment kien se jkopri l-iskejjel pubbliċi iżda saru arranġamenti biex dan l-investiment seta’ jkun estiż ukoll fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.
Aqra aktar

Send this to a friend