Edukazzjoni – Page 13 – One News

Sab soluzzjoni prattika għad-domanda “Sir, nista’ mmur it-toilet?”

Għalliem fl-iskola primarja tal-Għargħur ġibdilna l-attenzjoni, bl-idea tiegħu ta’ ‘toilet station’. Jgħid li jħossu urtat li waqt il-lezzjonijiet it-tfal jinterrompu biex jistaqsu jistgħux jmorru t-toilet.

Għalhekk ħareġ b’idea – kull tifel u tifla jpoġġi s-sapun, xugaman u marker f’rokna partikolari tal-klassi. Meta jiġu biex imorru t-toilet, m’hemmx għalfejn isaqsu. Iridu l-ewwel jaraw hemmx ħaddieħor li diġa’ mar, u wara jirraġunaw bejnhom u bejn ruħhom jekk hux ħin tajjeb li jmorru jew inkella hux se jitilfu xi ħaġa importanti.

Meta jiddeċiedu li hu ħin tajjeb u m’hemm ħadd iktar, iniżżlu isimhom fuq whiteboard u xħin jiġu lura, iħassruh. L-għalliem Heathcliffe Schembri jissekriviha bħala sitwazzjoni “win-win”. Intom x’taħsbu?

Aqra aktar

100% SUĊĊESS -Malta l-unika pajjiż b’dan ir-riżultat

It-tfal kollha li ħadu sehem waqt il-Prince Trust temmew b’suċċess dan il-kors fl-Excel, b’Malta tkun l-unika pajjiż fost li rat suċċess ta’ 100%.

Il-Prince Trust twaqqaf is-sena l-oħra bil-għan li jgħin żgħażagħ f’riskju li ma jibqawx iffukati fuq is-sistema edukattiva.

Aqra aktar

Bartolo: “tlabt li jsir rapport lill-Pulizija”

 Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel hu ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Qal li kien talab biex dan isir minn Philip Rizzo li kien ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u talab lill-avukat tal-Ministeru biex hi ukoll tirrapporta l-każ.

Meta dalgħodu wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Bartolo żvela li saħansitra ta’ ordni biex min jissemma fl-allegat każ ma jkollux x’jaqsam la mal-Ministeru u lanqas mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.

“Mill-ewwel,” wieġeb Bartolo meta mistoqsi meta ħa dawn il-passi.

Aqra aktar

Aktar inċentivi biex it-tfal jaqraw

Il-kumpanija GO nediet fond b’investiment ta’ €80,000 biex iservi ta’ appoġġ għall-proġetti edukattivi u jiżdied l-interess fis-suġġetti tax-xjenza.

L-ewwel appoġġ għal ta’ dan il-fond se jkun fl-inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ”.
Kull librerija tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena se tingħata mitt ktieb interessanti biex it-tfal jitħajru jaqraw waqt il-ħin liberu. Il-kotba jinkludu dawk tal-ġeneru fiction u anke non fiction, u ħamin se jkunu bil-Malti, filwaqt  li ħamsin oħra jkuni bl-Ingliż.  Din l-inizjattiva se ssir b’investiment ta’ €11,000, u l-progett isir kollu tul din is-sena skolastika
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li huwa grat ħafna lejn dan l-appoġġ li qed jingħata l-Ministeru.

Mill-istudju, dritt għax-xogħol

F’dan iż-żmien tas-sena, l-Università ta’Malta tieħu xeħta differenti. Dan kif għadd ta’ studenti jilbsu t-toga u jiċċelebraw is-suċċess li jkunu għamlu fil-kors tagħhom.

F’dan iż-żmien, l-istudenti jkunu qed jaħsbu wkoll fuq x’se jagħmlu issa li se joħorgu mill-entità li qattgħu l-aħħar snin ta’ ħajjithom.

Segwu x’qalu lil Colin Deguara.

Aqra aktar

Imniedi att li jipproponi paga minima għall-apprentisti

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda att ġdid bl-isem ta’ “Work Based Leaning and Apprenticeship”.

Dan se jwassal biex eventwalment issir riforma fil-liġi tal-apprentistat.

Fost l-affarijiet li jittratta d-dokument, hemm li l-istudenti apprentisti jkollhom kundizzjonijiet ta’ impjieg normali u garanzija ta’ paga minima meta jagħmlu din it-tip ta’ esperjenza.

Aqra aktar

Fost l-ikbar investiment fl-edukazzjoni

Malta kienet wieħed mill-ħames pajjiżi li n-nefqa tagħhom fuq l-edukazzjoni qabżet il-5%, meta wieħed iqabbel l-2014 mas-sena ta’ qabel.

Dan filwaqt li fl-Unjoni Ewropea kollha ż-żieda fl-investiment kienet ta’ 1.1%. Għaxar pajjiżi naqsu l-investiment tagħhom b’mod sostanzjali meta mqabbel mal-2013.
Aqra aktar

2,415 LSA fl-iskejjel Maltin u Għawdxin

Fl-iskejjel Maltin u Għawdxin jaħdmu 2,415–il LSA, 1,622 minnhom fi skejjel Primarji, u 793 fi skejjel Sekondarji.

Għalkemm dan in-numru huwa wieħed sinifikanti, anki meta mqabbel mas-snin li għaddew, xorta teżisti lista ta’ stennija.

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li hemm 421 tifel u tifla jistennew LSA. Madanakollu emfasizza li minn dan in-numru m’hemm l-ebda każ serju.

Xi ħaġa li kkonfermatha Darlene Borg, mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni Speċjali meta ħadet sehem fil-programm One News Breakfast.

Aqra aktar

226 student bl-awtiżmu b’għajnuna diversa fl-iskejjel

Kienu 226 student, li fl-2015 ingħataw l-assistenza neċċessarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.

Dan qalu fi tweġiba Parlamentari l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Huwa spjega li hemm diversi servizzi ta’ għajnuna li joffri spazzju edukattiv għal studenti li għandhom l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Aqra aktar

Send this to a friend