Edukazzjoni – Page 11 – One News

In-‘name tags’ importanti biex ma jidħlux stranġieri l-MCAST

Il-kulleġġ MCAST irrisponda għal dak li qal il-Kunsill tal-Istudenti, ċioe li opponew għall-ilbies ta’ identification cards meta jkunu fuq il-campus.

Ikkjarifika li dan huwa pass li jittieħed biex tkun żgurata s-sigurtà tal-istudenti u l-ħaddiema. Hija miżura li kienet introdotta wara serje ta’ inċidenti, meta persuni mhux awtorizzati daħlu l-MCAST flimkien ma’ xi  studenti oħra.

Din mhix aċċettabbli, u l-miżura tat-tags kienet  pass ieħor fost numru ta’ miżuri li qed jieħu l-MCAST. Sostnew li din hija xi ħaġa ‘standard’ u li se ssir laqgħa mal-Kunsill tal-istudenti biex tkun spjegata fin il-miżura.

Hemm aktar studenti nisa u żdiedu l-istudenti barranin

Dan ħareġ minn stastistika ippublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika,  li tindika wkoll li studenti li kineu qed jieħdu edukeazzjoni formali fis-sena akkademika ta’ bejn l-2014 u l-2015 laħqu s-70,355.

68.4% ta’ dawk li kienu qed jirċievu edukazzjoni, kienu qed jirċevuha minn skejjel tal-istat. 22.5% kienu qed jirċievu edukazzjoni minn skejjel tal-Knisja u 9.1% minn skejjel indipendenti.

55.9% tal-istudenti kienu bniet.

Aqra aktar

Studenti tal-liġi bi proposti dwar ‘hate speech’

Fl-okkażjoni tal-jum dedikat lid-drittijiet umani, grupp ta’ studenti tal-liġi mill-għaqda studenteska ELSA (European Law Students Association) ippreżentaw policy paper bl-isem ta’  ‘Hate Speech: Negotiating Peace in the Ambit of Freedom of Speech’.
Dan id-dokument ta’ sittin paġna huwa magħmul minn proposti relatati ma’ implimentazzjoni u traspożizzjoni li qed tadotta l-Unjoni Ewropea  biex tiġġieled ir-razziżmu u ksenofobija.

Aqra aktar

ARAHOM HAWN: Bartolo jippreżenta kopji tal-emails u SMS li għaddew bejnu u Rizzo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo illejla poġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-e-mails u l-SMSs li għadew bejnu u bejn l-eks Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada, Philip Rizzo.

Madankollu, Il-Ministru Bartolo qal li huwa talab parir legali biex jara jekk ir-rulings li kkwota l-bieraħ l-iSpeaker kienux japplikaw għall-każ tiegħu għaiex huwa kien qed jaqra stqarrija li fiha kkwota d=dokumenti u ma kienx qed jaqra mid-dokumenti f’idejh.

Aqra aktar

Il-kelliem għall-edukazzjoni tal-PN imur fuq in-NET minflok il-Parlament

Fi stqarrija Ministerjali dettaljata il-Ministru tal-Edukazzjoni ilbierah ta rendikont tal-korrispondenza li għaddiet bejnu u l-eks Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, Philip Rizzo. Dan minn April sa ftit tal-jiem qabel ir-riżenja riċenti ta’ Rizzo. Il-Ministru Bartolo qara messaġġi bl-SMS u imejls li kull darba urew kif Bartolo kien qed jgħid li ebda persuna li tagħmel ħażin ma jista’ jgawdi minn xi tip ta’ protezzjoni jew immunità.

Minflok kien il-Parlament, preżenti għall-istqarrija bħal din wara serje sħiħa ta’ attakki, il-kelliem għall-edukazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ipprefera jkun f’Tal Pietà, jitkellem fuq it-televiżjoni.

Bejn Tal-Pietà u l-Parlament fil-Belt Valletta, jekk hemm għaxar minuti bogħod. Iżda George Pullicino ipprefera ma jkunx preżenti għall-ispjega tal-Ministru, u jkompli jattakka waħda f’waħda fuq il-mezzi tax-xandir tal-PN.

Aqra aktar

Il-Ministru Bartolo jerġa’ jiċħad allegazzjonijiet bil-qawwa

Għal darb’oħra, il-Ministru Bartolo ċaħad bil-qawwa l-allegazzjonijiet li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni li ma ttiħdux passi, jew li waqqaf lil xi ħadd milli jirraporta.

Fi stqarrija l-Minsiteru qal li tant kemm ittieħdu l-passi, li fit-12 ta’ Settembru 2016 il-Ministeru għamel rapport lill-Pulizija u kien l-ewwel rapport li daħħal dwar dan il-każ. Dan sar qabel ma kien hemm rapport li s-Sur Rizzo, minkejja li fl-1 ta’ Settembru kien mitlub jagħmel dan mill-Ministru stess.

Aqra aktar

L-FTS tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Philip Rizzo

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ħarġet stqarrija li fiha tgħid li ċ-chairman u l-bord tad-diretturi jirrifjutaw bil-qawwi l-akkużi li għamel Philip Rizzo. Dan qal li bord ma appoġġax is-suġġerimenti tiegħu biex allegazzjonjiet dwar Edward Caruana, li kien jagħti pariri tekniċi lil Ministru, ikunu sottomessi għal investigazzjoni interna, u l-kwistjoni tmur għand il-Pulizija.

Iċ-chairman u l-bord tad-diretturi stqarr li appoġjaw li l-kwistjoni tittieħed fejn hemm bżonn, sabiex issir investigazzjoni.

Jumejn ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irċieva u aċċetta r-riżenja ta’ Philip Rizzo minn Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.

Aqra aktar

Issa tista’ tistudja mill-kumdità tad-dar

L-MCAST nediet korsijiet onlajn, f’aktar minn 200 suġġett differenti fosthom l-ICT, servizzi fil-komunitá u arti kreattiva. Dawn il-korsijiet se jkunu bla ħlas u jista’ jsegwihom kull min hu interessat li jżid l-għarfien tiegħu f’suġġett partikolari.
Aqra aktar

Send this to a friend