Edukazzjoni – Page 10 – One News

178 student fil-programm tal-ALP

Bħalissa hemm 178 student fil-programm ta’ tagħlim alternattiv maħsub biex jilqa’ u jeduka studenti li jkunu qatgħu qalbhom mill-iskola għal xi żmien. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li l-programm tal-ALP ta’ din is-sena jidher li qed iħalli l-frott meħtieġ fejn l-istudenti qed jingħataw taħriġ vokazzjonali u applikat f’diversi suġġetti bħall-Inġinerija, Servizzi jew Performing Arts.

L-istudenti jingħataw ukoll tagħlim fis-suġġetti prinċipali bħall-Matematika, l-Ingliż, il-Malti u l-ICT, kif ukoll fis-suġġetti l-oħra supplimentari.

Din is-sena qed jattendu 154 studenti (co-ed), fejn qed jilħqu livell MQF 1 jew 2 fil-ħames sena tas-sekondarja, filwaqt li hemm 24 student postsekondarju fejn qed jistudjaw Welding & Fabrication jew Hospitality & Customer Care f’livell 3.

“L-għan huwa li dawn inħeġġuhom biex ikomplu jistudjaw l-MCAST jew l-ITS,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni.

Aqra aktar

Binja mis-seklu 17 fil-Buskett se ssir ċentru ta’ interpretazzjoni

Struttura tas-seklu 17, magħrufa bħala r-Razzett tal-Għorof, li tinsab fil-Buskett, se ssir ċentru ta’ interpretazzjoni.

Il-Kumissoni għall-Ippjanar ħarġet il-permessi neċessarji biex isir tibdil fis-sit, b’mod li jista’ jinkludi faċilitajiet sanitarji u jista’ jkun isseparat l-ispazju intern f’żewġ swali ewlenin.

Se tinbena rampa għall-aċċessibiltà u se tinħadem l-art ta’ madwar il-binja, biex minn spazju mitluq se ssir ċentru edukattiv.

 

Propost tibdil fl-edukazzjoni post-sekondarja

Tressqu sitta u għoxrin rakkomandazzjoni li jindirizzaw l-isfidi fl-edukazzjoni post-sekondarja. Dan ħareġ minn rapport li sar minn working group li nħatar apposta biex janalizza s-sitwazzjoni tal-edukazzjoni post sekondarja f’pajjiżna.
Ir-rakkomandazzjonijiet jirrikonoxxu l-bżonn li jsir pjan ta’ tranżizzjoni mill-edukazzjoni sekondarja għal post sekondarja u li jkun hemm bidliet fil-mod ta’ kif qed jiġu evalwati l-istudenti filwaqt li jingħata aktar taħriġ lill-professjonisti. 

Aqra aktar

Ommijiet ifaħħru l-proġett ‘tablet per child’

Il-bidu ta’ sena skolastika rat il-bidu tal-proġett “tablet per child” għall-istudenti tar-raba’ sena. Liema proġett qed jintlaqa’ tajjeb ferm mill-istudenti, ġenituri u għalliema. Dan jidher biċ-ċar fil-kummenti li fost oħrajn qed isiru fuq is-sit soċjali facebook dwar dan il-proġett.

Aqra aktar

Għad għandu problema bl-American University of Malta!

Jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ikun Prim Ministru, jerġa’ jibda n-negozjati mill-ġdid dwar l-American University of Malta.
Xi jfisser dan il-kliem eżatt ma nafux, imma hija wegħda li tipperikola ftehim li qed jagħti l-ħajja mill-ġdid lin-naħa t’isfel ta’ Malta. Mistennija jiġu lejn Malta mal-erbat elef studenti u miljuni ta’ ewro jkunu ġġenerati fl-ekonomija kull sena. Dan filwaqt li se jinħolqu mijiet ta’ impjiegi f’żoni li fl-imgħoddi ftit li xejn kienu jintgħażlu għall-proġetti ta’ dan it-tip.

Aqra aktar

Nuqqas ta’ qbil bejn il-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-MUT

Il-Fakultá tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Universitá ta’ Malta ma qablitx mal-istqarrija li għamlu l-Malta Union of Teachers (MUT) li ddeskrivit il-kundizzjonijiet tal-għalliema bħala medjokri u li qed iwasslu għall-kriżi fil-professjoni tal-għalliema.

L-unjin tal-għalliema lmentat ukoll mid-diversi riformi li fi kliemha ma jagħtux nifs lill-għalliema u kellha kritika wkoll lejn il-fakultà tal-edukazzjoni fl-università ta’ Malta li fiċ-ċirkostanzi ma bdietx korsijiet filgħaxija.

Aqra aktar

“Il-kelliema tal-PN għall-Edukazzjoni ma ġewx bi proposta waħda f’dawn l-erba’ snin”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-MEP tal-Partit Nazzjonalista fi Brussell u l-ex Ministru tal-Ambjent tal-Partit Nazzjonalista, li f’erba’ snin lanqas ressqu proposta waħda edukattiva, qed iduru fuq il-manifest elettorali tal-Partit Laburista fuq l-edukazzjoni li fih 86 proposta u li kważi twettqu kollha u diġa żdiedu magħhom.

Il-PL qal li ma’ dawn, il-Gvern mar oltre’ l-wegħdiet elettorali fl-edukazzjoni fosthom r-revision classes, stipendji, bini ta’ skejjel, boroż ta’ studju u ħafna ohrajn. Dan minkejja li f’kull statistika li qed tinġabar, mill-early school leaving rate u tal-litterizmu sa’ dawk internazzjonali (PISA, TIMSS u World Competitive Index) qed juru riżultati dejjem aħjar. Fil-qasam tal-għalliema ġie mwaqqaf working group biex is-sitwazzjoni tal-professjoni tal-għalliema tissaħħaħ.

Aqra aktar

Libell minn Evarist Bartolo

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li minkejja n-numru ta’ stqarrijiet u l-istqarrija tal-Ministru fil-Parlament ilbieraħ, it-Times of Malta, iddeċidiet li tippubblika artiklu deskritt mill-Ministru bħala malafamanti u b’informazzjoni falza fil-konfront tiegħu.

Intqal li l-Oppożizzjoni kompliet bil-kampanja ta’ ħmieg u tfigħ ta’ tajn f’konferenza stampa aktar kmieni llum bl-intenzjoni li tkisser ir-reputazzjoni tal-Ministru Bartolo. Abbażi ta’ dan il-Ministru Bartolo ddikjara li m’għandu l-ebda triq ħlief li jipproċedi legalment b’libell fil-konfront tat-Times of Malta, Beppe Fenech Adami u Ivan Bartolo.

Send this to a friend