Edukazzjoni – One News

Notifiki

Chef rinomat ifaħħar l-investiment qawwi tal-Gvern fl-edukazzjoni tat-tfal

“L-istudenti qed jaħdmu b’iktar kuraġġ u qed jingħaqad il-bridge bejn l-iskola u x-xogħol.”

Dan kien kliem wieħed mill-aktar kokijiet rinomati f’pajjiżna, Sean Gravina b’reazzjoni għall-faċilitajiet li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istudenti fl-iskejjel madwar Malta. Aqra aktar

Studenti tal-MCAST jirrestawraw kappella tas-seklu sbatax fil-Gudja

Studenti tal-MCAST qed jirrestawraw kappella antika ta’ Santa Katerina fil-Gudja. Din il-kappella inbniet lura fis-seklu sbatax u hija waħda mill-aktar kappelli antiki fir-raħal tal-Gudja.

Emma Elena Cilia, li hija waħda mill-istudenti li qed jirrestawraw din il-kappella spjegat dwar ix-xogħol li qed isiru f’din il- binja li għaddew minn fuqha mijiet ta’ snin.

Aqra aktar

Malta fit-32 post minn 166 pajjiż f’indiċi dwar il-faqar, l-enerġija, ix-xogħol u l-edukazzjoni

Malta ġiet klassifikata fit-tnejn u tletin post minn fost mija u sitta u sittin pajjiż b’total ta’ sitta u sebgħin punt, f’indiċi li jevalwa l-membri kollha tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ miri f’diversi oqsma. Aqra aktar

Imniedi ‘Think Tank’ dwar il-futur tal-edukazzjoni wara l-COVID-19

Grupp ta’ persuni ser ikunu qed jiddiskutu u jixtarru kif l-edukazzjoni ser tkun qed tinbidel f’pajjiżna fiż-żmien li ġej fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna. Madankollu, id-diskussjoni mhux ser tkun limitata għall-impatt tal-imxija tal-Coronavirus iżda l-grupp ser ikun qed iħares lejn it-tajjeb li hemm fis-sistema edukattiva f’pajjiżna u ser ikun qed jara kif itejjeb din is-sistema fiż-żmien li ġej. Aqra aktar

Qed jitfassal qafas ta’ tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qiegħed jikkordina qafas komprensiv ta’ tħejjija għall-ftuħ eventwali mill-ġdid tal-iskejjel.

F’ċirkostanzi li għadhom qed jiżviluppaw skont kif qed jiġi spjegat mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-qafas ta’ tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid qed jikkunsidra d-diversi xenarji probabbli li fihom jistgħu eventwalment jkunu qed jinfetħu l-istituzzjonijiet edukattivi. Aqra aktar

Prospectus ġdid għall-edukaturi li jirrifletti r-realtajiet tal-klassi

L-Istitut għall-Edukazzjoni nieda prospectus ġdid għall-edukaturi li jixtiequ jitħarġu aktar fil-professjoni.

Il-Kap Eżekttiv tal-Istitut, Joanne Grima, spjegat li edukaturi differenti se jkunu eliġibbli skont il-kwalifiċi li diġà għandhom inkluż l-għalliema supply li jixtiequ jkunu għalliema regolari. Fl-istess ħin anke persuni f’karrieri oħra li jixtiequ b’xi mod jagħtu sehem fil-qasam edukattiv. Aqra aktar

Teleskola.mt: is-sit li se jwassal is-sillabu edukattiv fid-djar

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar it-tnedija ta’ teleskola.mt, sit elettroniku ġdid li se joffri lezzjonijiet lill-istudenti Maltin u Għawdxin f’dan iż-żmien fejn l-iskejjel jinsabu magħluqa. Uffiċjali edukattivi, kapijiet tad-dipartment u għalliema qasmu r-riżorsi tagħhom fuq dan is-sit u b’hekk setgħu jinħolqu mal-1,000 lezzjoni differenti.Aqra aktar

Send this to a friend