Notifiki

Id-Dwana tinforma lill-Pulizija li kien hemm persuna marret tiġbor pakkett b’sustanzi narkotiċi mill-Posta

Persuna ta’ nazzjonalità Maltija li impurtat bil-posta pakkett b’sustanzi narkotiċi, u li lbieraħ ppreżentat ruħha fiżikament biex tirtira l-pakkett mid-Dwana, fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Posta, f’Ħal Qormi, ġiet arrestata fuq il-post mill-Pulizija, wara li l-uffiċjali tad-Dwana infurmawha bis-sejba. Il-persuna ttieħdet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mid-Dwana.Aqra aktar

Id-Dwana Maltija t-tieni l-aqwa fl-Ewropa fl-2019

Rapport mill-Kummissjoni Ewropea juri li s-sena l-oħra, id-Dwana Maltija kienet it-tieni l-aktar dwana fost l-istati membri ewropej li kellha qabdiet ta’ affarijiet li jiksru d-drittijiet tal-propjetà intelletwali.Aqra aktar

Send this to a friend