Notifiki

Id-Dwana se ddaħħal sistema ġdida għar-rilaxx tal-merkanzija

Fil-31 ta’ Lulju 2017, id-Dipartiment tad-Dwana ser jintroduċi n-National Import System (NIS) għar-rilaxx tal-merkanzija.

Żgur li ma kienx jagħmel sens u, fil-fatt, kien ikun sogru kieku d-Dipartiment kompla jsostni s-sistema qadima kurrenti anke minħabba l-ispejjeż u l-kumplikazzjonijiet involuti fil-manteniment tas-sistema.  Kien għalhekk li d-Dwana rrejalizzat l-urġenza tal-bżonn għal bidla f’sistema ġdida bbażata fuq l-aħħar teknoloġija fis-suq.

L-Agenzija tal-Gvern, MITA, ġiet fdata bl-iżvilupp tal-NIS il-ġdida u, biex ikun żgurat li l-proġett ikun kompatibbli mar-regolamenti doganali tal-Unjoni Ewropeja saru diversi laqgħat mal-uffiċjali tad-Dwana.  Kien għalhekk li, fi ħdan is-Sezzjoni tal-IT tad-Dwana, twaqqaf tim ta’ implimentazzjoni biex jaħdem id f’id mal-esperti tal-MITA u jipprovdilhom is-sosten neċessarju pass pass mal-iżvilupp tas-sistema.

Aqra aktar

X-Ray scanner ġdid għad-Dwana ta’ Malta

Id-Dipartiment tad-Dwana issa għandu X-Ray Scanner ġdid, wara proċess ta’ applikazzjoni għal fondi Ewropej. L-iscanner se jkun qed jasal Malta sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena u se jkun jista’ jagħmel scanning ta’ containers kbar, kif jidher fir-ritratt. 

Intant, intlaħaq ftehim ieħor bejn Malta Freeport Terminals Ltd, Malta Freeport Corporation u d-Dipartiment tad-Dwana, biex 193 metru kwadur ta’ art jgħaddi għand id-Dwana u jiżdiedi mal-faċilitajiet ta’ ħażna.

Id-dwana b’operazzjoni mhux tas-soltu fuq l-istatwa tar-Redentur tal-Isla

  • Id-Dwana sservi ta’ Xmun iċ-Ċirinew għar-Redentur tal-Isla

Id-dwana kellha rwol importanti fir-restawr tar-Redentur tal-Isla dan hekk kif sentejn ilu, fi Frar tal-2015, bdew il-kuntatti bejn speċjalisti fil-qasam tar-restawr, Atelier del Restauro, u d-diriġenti tad-Dwana biex tkun mgħarbla l-possibilta’ li n-Nuctech Scanner tad-dipartiment jintuża biex din l-istatwa tkun tista’ tiġi analizzata u studjata bir-reqqa.

Aqra aktar

Oġġetti li jinqabdu mid-Dwana: għala jinqerdu u mhux imorru għal dawk fil-bżonn?

Mhux l-ewwel darba li nirrapportaw eluf ta’ oġġetti, fosthom papoċċi, blalen u basktijiet, li jiġu kkonfiskati mill-Uffiċċjali tad-Dwana. Dawn ikunu jirrappreżenta ditta b’mod falz, u tinħareġ ordni biex jinqerdu.

Għaliex ma jingħatawx lill-fqar?

Tkellimna ma’ rappreżentant mill-Infurzar tad-Dwana. Saħaq li meta oġġett suspettuż jasal fi xtutna u jitwaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana, id-deċiżjoni li l-oġġetti jinqerdu ma tittiħidx mid-Dipartiment tad-Dwana, iżda din tkun ordni tal-Qorti, wara li tinfetaħ kawża ċivili.

Aqra aktar

ELUF KBAR ta’ oġġetti b’kuntrabandu inqabdu f’Malta – skopri x’kienu

Dawn l-aħħar ġimgħat uffiċjali tad-dwana ikkonfiskaw tnax-il container li fihom kien hemm eluf ta’ prodotti b’kuntrabandu. Dawn jinkludu:

  • 14,000 blalen tal-football ta’ tliet ditti differenti
  • 11,200 oġġett tal-ilbies tat-tfal
  • 30,660 oġġetti ta’ ħwejjeġ ta’ taħt ta’ ditta popolari
  • 9,792 flixkun tax-shampoo
  • 9,030,000 sigarett
  • 23,552 qliezet tat-tracksuit ta’ clubs tal-football differenti
  • container sħiħ ta’ 20 pied b’58 kaxxa parts tal-karozzi
  • eluf ta’ arloġġi tal-idejn ta’ ditti famużi
  • 42,000 papoċċi tal-isport ta’ ditti varji

Aqra aktar

Ikkonfiskat pakkett li kellu fih $50,000

Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ pakkett b’$50,000 fih waqt li kienu xogħol fl-Uffiċċju tal-Malta Post Office.

Is-sejba saret meta waqt li kienu qed jaraw pakketti li waslu miċ-Ċina, wieħed mill-pakketti li kien iddikjarat bħala oġġett li jintuża fid-dar qajjem suspett minħabba l-forma li kellu. Kien għalekk li l-uffiċjali ddeċidew li jgħadduh taħt il-maġna tal-X-Ray fejn ir-riżultat wera li dak li kien iddikjarat ma kienx minnu.

Aqra aktar

Aktar minn 1,700 par żarbun se jinqerdu

Il-Qorti ordnat biex jinqerdu iżjed minn elf u seba’ mitt par żarbun li fuqhom kellhom il-marka falza ta’ Timberland.

Id-ditta Amerikana Timberland fetħet każ kontra l-kumpanija Eurl Iskalia minħabba serq b’falzità tal-marka tagħha.

Aqra aktar

150kg f’laħam u prodotti tal-ħalib ikkonfiskati

Tul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, ‘il fuq minn 180kg f’laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ġejjin mil-laħam tat-tjur ġew ikkonfiskati mingħand diversi passiġġiera mill-Uffiċjali tad-Dwana

Bosta minn dawn il-passiġġieri kienu ġejjin minn pajjiżi li m’humiex fl-Unjoni Ewropea. Huma ġew magħżula biex isir tixtix fil-bagalja personali tagħhom wara li meta sar l-iskreening kien hemm suspett li kienu qed iġorru oġġett li mhux sippost.

Aqra aktar

IL-EUROPOL TITLOB IT-TAGĦRIF

  • TESTIJIET DWAR IL-PURITÀ TAD-DROGA MISTENNIJA JAGĦTU L-EWWEL RIŻULTAT GĦADA
  • IL-MAĠISTRATURA SPANJOLA TIDĦOL FIL-KAŻ

Il-qabda rekord ta’ droga kokaina nhar il-Ħamis li għadda hija ikbar mill-qabdiet kollha ta’ droga kokaina, magħduda flimkien, li saru mal-fruntiera mill-2007. Dan ma jnaqqas xejn mill-importanza ta’ qabdiet oħra għaliex f’każ bħal dan is-sodisfazzjon tal-uffiċjali tad-dwana jkun ukoll li ġew salvati l-ħajjiet, u kull qabda twassal għal dan.

Però lanqas tipi oħra ta’ droga ma nqabdu f’dan l-ammont. Biex dak li sar nhar il-Ħamis żgur se jibqa’ mniżżel fl-istorja tad-Dipartiment tad-Dwana Maltija.

Skont ċifri uffiċjali li kisbet il-gazzetta KullĦadd mid-Dipartiment tad-Dwana, jirriżulta li bejn l-2007 u l-2016 inqabdu 210kg ta’ droga kokaina. Dan ifisser li f’disa’ snin inqabdu 90kg inqas mill-qabda li saret nhar il-Ħamis. F’dawn il-każi qed nitkellmu dwar droga li tinqabad mal-fruntiera, fejn hemm id-Dipartiment tad-Dwana għandu ġurisdizzjoni.

Tneħħi l-eċċezzjoni tal-2012, meta kien hemm qabda ta’ 142.48kg, il-qabdiet fis-snin l-oħra kienu jvarjaw minn ftit kilogrammi għal massimu ta’ madwar 20kg f’sena.

Aqra aktar

Send this to a friend