Droga – Page 6 – One News

Notifiki

Ingliż iwieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga

Ingliż wieġeb mhux ħati u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga.  Michael Haern ta’ 33 sena ġie akkuzat li fl-14 ta’ Ġunju u x-xhur ta’ qabel kellu fil-pussess tiegħu droga kannabis mħux għall-użu personali tiegħu, li kienet lesta biex tigi ttrafikata u li kien ukoll ricediv.

Il-Prosekuzzjoni talbet għall-iffriżar tal-assi tal-akkużat, bl-avukat tiegħu Gianella De Marco rrimarkat kif isofri minn ansjetà u talbet biex jingħata l-kura meħtieġa. Il-każ mistenni jkompli jinstema fid-19 ta’ Ġunju li ġej quddiem il-Magistrat Neville Camilleri.

Raġel ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga

Mario Farrugia ta’ 38 sena minn Santa Venera nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga kokaina u eroina. Il-każ imur lura għal Marzu tal-2009, meta il-Pulizija kienu sabu droga u affarijiet relatati mad-droga fid-dar ta’ Farrugia.
Ir-raġel huwa ukoll riċediv.

Il-Maġistrat Neville Camilleri sab lil Farrugia ħati u kkundannah sena ħabs. L-akkużat kien ordnat ukoll iġallas multa ta’ €1,500.

BIL-FILMAT: Il-Pulizija b’rejd kbir għad-droga f’Tal-Pietá

Numru ta’ persuni ġew arrestati waqt rejd knir għd-droga li seħħ ftit tal-ħin ilu f’Tal-Pietá. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li f’dan ir-rejd kienu involuti Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tal-Special Intervention Unit li għamlu l-assalt inizjali fuq l-appartament li jinsab fl-ewwel sular.

Filmati miġbuda mill-ġurnalist ta’ ONE juru lill-Pulzija jużaw xi għodda sabiex setgħu fetħu xi aperturi li kienu imbarrati bil-ħadid u l-aluminju. Xhieda fuq il-post tar-rejd qalulna li fis-siegħa u l-ħin semgħu bħal splużjoni filwaqt li xammew riħa ta’ gass. Filfatt ftit tal-ħin wara waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-HAZMAT u ekwipaġġ ieħor mill-istazzjon li l-Protezzjoni Ċivili għandu fil-Furnaja. Sorsi tagħna qalulna wkoll li dawn issejħu fuq il-post hekk kif waqt ir-rejd intuża xi tip ta’ gass tad-dmugħ.

Minħabba li fl-appartament ma kienx hemm dawl il-Pulizija marru wkoll b’generator li xegħel il-faċċata tal-appartament. Filmati miġbuda minnha juru wkoll il-Pulizija ħerġin b’żewġ irġiel u mara immanetjati li ttieħdu id-Depot tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Filmati: Stefan Bajada

 

Sorsi jgħidu li l-kokaina nħallet bħaz-zokkor fl-ilma

Id-Dwana ta’ Malta għamlet qabda ta’ sittin kilo droga kokaina moħbija f’kontejner tal-għoxrin pied fil-Port Ħieles.
Minn stħarriġ li sar, irriżulta li d-droga kellha purità ta’ mija fil-mija u l-valur tagħha fis-suq huwa stmat li jlaħħaq il-11-il miljun ewro.

Aqra aktar

Send this to a friend