Droga – Page 4 – One News

Notifiki

Ħelsien mill-arrest fuq droga

Josef Zammit ta’ 28 sena minn Bormla ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu jinżamm arrestat mill-bidu ta’ Mejju fuq pussess ta’ droga.

Huwa kien tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ pussess ta’ droga kokaina, eroina u kannabis. Fil-pussess tiegħu kellu €6,000 fi flus kontanti. Zammit, magħruf bħala l-“Marozz”, kien ġie arrestat waqt li kien mat-tfajla tiegħu ta’ 15-il sena. Aqra aktar

Arrestat wara li nqabad bid-droga waqt spezzjonijiet fit-toroq

Raġel ta’ 32 sena kien arrestat waqt spezzjonijiet fit-toroq li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija matul il-lejl li għadda fi Triq il-Perit Dom Mintoff f’Raħal Ġdid. Huwa nqabad fil-pussess ta’ droga.

Il-Pulizija waqqfet lir-raġel li kien qed isuq karozza tal-għamla Volkswagen Up biex tiġi spezzjonata. Waqt li l-pulizija bdew jitkellmu max-xufier, innutaw li hu flimkien mal-passiġġier – raġel Taljan ta’ 34 sena – bdew jaġixxu b’mod suspettuż. Aqra aktar

Ħamest irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga

Raġel ta’ 43 sena kien arrestat f’Ħal Tarxien wara li l-Pulizija osservatu jgħaddi b’mod suspettuż sustanzi lil persuni oħra. Il-Pulizija arrestat lir-raġel u minn tfittxija li saret fil-vettura li kien qiegħed isuq u minn tfittxija li saret fuqu, huwa nstab fil-pussess ta’ diversi pakketti li fihom kien hemm sustanza suspettata droga kokaina u eroina. Aqra aktar

Send this to a friend