Droga – One News

Manwal għal kull min ibati mill-vizzju tad-droga

Id-droga li sa ftit ilu kienet qed tkissirlu ħajtu issa mhux qed iħalliha tkisser lil ħaddieħor. Fi ktieb mill-pinna ta’ Glen Calleja, Clifford Galea qasam l-esperjenzi li għadda minnhom tul is-sentejn li għamel ifittex id-droga.  Sustanzi li għalkemm kienu ituh togħma tal-ewforija tal-ħajja, kienet twieżnu biss għal ftit minuti u kull darba tħallieh irid iżjed.  Dan sakemm induna li din il-kilba kienet mhux biss qed toħodlu ħajtu iżda wkoll beda jsir bir bla qiegħ ta’ qsim il-qalb, diżappunti u dmugħ.  Aqra aktar

Emendi fil-liġi biex il-Qrati jkollhom aktar diskrezzjoni f’każi tal-kannabis għall-użu personali


Wara l-emendi fil-liġi dwar id-dipendenza tad-droga fl-2015 biex il-Qorti tkun aktar libera fl-għoti tal-pieni, il-Gvern mistenni jressaq emendi ġodda fil-liġijiet tad-droga, li se jkunu diskussi hekk kif il-Parlment jerġa’ jibda jiltaqa’ waral l-Festi. B’dawn l-emendi, il-Qrati se jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li għandhom jagħtu f’każ ta’ sejbien ta’ ħtija f’każijiet ta’ kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għal użu personali. Aqra aktar

Send this to a friend