drittijiet – One News

Notifiki

Malta b’titjib sostanzjali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem

 

Wara li din il-ġimgħa għaddejna mit-tielet Eżami Perjodiku Universali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, pajjiżna kompla bil-mewġa ta’ progress li kien irreġistrat sa mill-ewwel ċiklu ta’ dan il-proċess tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2009. Proċess miftuħ u volontarju li jseħħ kull ħames snin, u li permezz tiegħu kull Stat Membru ta’ din l-għola forum internazzjonali jista’ jiskrutinja s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż taħt l-eżami u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet jew il-kritika tiegħu.

Aqra aktar

L-Istati Uniti tgħid li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem hu fossa ta’ xaqlib politiku

L-Istati Uniti telqet ‘il barra mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif kien deskritt mill-istess pajjiżi bħala fossa ta’ xaqlib politiku.

Nikki Haley, il-mibgħuta speċjali tal-Istati Uniti, qalet li dal-Kunsill huwa ipokritu u jaqdi lilu nnifsu, filwaqt li jwaqqa għaċ-ċajt id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra, Haley akkużat lill-kunsill b’xaqlib kroniku u kontra l-Iżrael, u qalet li l-Istati Uniti kienet qed terġa tikkunsidra s-sħubija tagħha fih.

Il-Kunsill, li kien iffurmat fl-2006, kien ikkritikat li jħalli pajjiżi b’dubji serji fuq id-drittijiet tal-bniedem ikunu membri. Iżda attivisti qalu li jekk l-Istati Uniti jieħdu dal-pass, jaf l-isforzi li qed isiru biex jissorveljaw u jindirizzaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jieħdu daqqa lura.

Drittijiet Chewng Gum fundamentali

Simon Busuttil għamel kawża għax ma qal li m’għandux smigħ xieraq fl-inkjesta li qanqal, u hemm appell li mar quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi,  li nzerta miżżewweġ lil Marlene Mizzi MEP Laburista.  Allura qed inewwaħ li m’għandux smigħ xieraq.

Niskanta u nimmeravilja ruħi kif id-drittijiet fondamentali biċċa chewing gum f’dan il-pajjiż.  Illum sentenza mod, u għada sentenza mod ieħor.  Wieħed li jkun għaddej kumpilazzjoni u forsi wasal ukoll għall-ġuri,  jgħidulu li jrid jistenna sakemm jgħaddi l-proċess kollu u anke biċ-ċans li jeħel il-ħabs (Muscat v Avukat Generali) u minn daqqiet iva, ma nistennew xejn.

Id-dritt fondamentali ta’ smigħ xieraq huwa jew f’kawża ċivili,  jew f’kawża kriminali fejn min jilmenta jrid ikun involut personalment bħala vittma,  jiġifieri jrid ikun akkużat.   Kawża ċivili tkun bejn tnejn min-nies (jew iżjed)  imma ma jkun hemm l-ebda ħabs imdendel.

Aqra aktar

L-ewwel diskors minn Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti lis-Segment ta’ Livell Għoli tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Magħquda

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela indirizza s-Segment ta’ Livell Għoli tas-37 Seduta Regulari tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Magħquda (NM) f’Ġinevra, l-Iżvizzera; l-ewwel darba li ministru għall-affarijiet barranin Malti għamel diskors lil dan il-forum ta’ profil għoli. Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem huwa struttura intergovernattiva ta’ 47 stat fi ħdan is-sistema tan-NM, u huwa responsabbli mill-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet kollha tal-bniedem madwar id-dinja.

“Minn mindu Malta saret membru tan-Nazzjonijiet Magħquda fl-1 ta’ Diċembru tal-1964, dejjem għażżet bil-kbir l-isforzi ma jaqtgħu xejn biex jissaħħu l-paċi u s-sigurtà globali, li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxu pilastru kruċjali tagħhom”, qal il-Ministru Abela lid-delegati miġburin fil-Palais des Nations tan-NM nhar it-Tlieta, is-27 ta’ Frar 2018. “Dinja mingħajr qafas għad-drittijiet tal-bniedem hija dinja bla ebda rispett għall-essenza nnifisha tal-umanità. Taħt l-amministrazzjoni preżenti, Malta poġġiet id-drittijiet tal-bniedem fuq nett tal-prijoritajiet tagħha fil-livell nazzjonali, filwaqt li huma wkoll il-cornerstone tal-politika barranija tal-pajjiż.”

Aqra aktar

Eluf isemmgħu leħinhom dwar l-abort fl-Irlanda

Għexieren t’eluf ta’ persuni ħadu sehem f’dimostrazzjoni fil-kapitali Irlandiża biex isemmgħu leħinhom għall-bidla fil-liġijiet tal-abort.

The March for Choice” hija l-ewwel dimostrazzjoni li qed issir f’Dublin minn meta l-Prim Ministru Irlandiż qal li jrid jagħmel referendum dwar l-abort fis-Sajf li ġej.

Il-liġijiet tal-abort fl-Irlanda huma fost l-iżjed stretti fl-Ewropa; bit-terminazzjoni ssir biss f’każijiet meta ħajjet l-omm tkun f’riskju.

Madanakollu huma eluf in-nisa li kull sena jsiefru barra mill-pajjiż biex jagħmlu abort, u l-piena massima t’abort illegali fl-Irlanda hija t’14 –il sena ħabs.

Gvern Liberali iżjed minn qatt qabel

Jekk jerġa’ jkun elett Gvern immexxi minn Joseph Muscat ikun liberali iktar minn qatt qabel.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta t-Tlieta filgħaxija ndirizza attivita’ tal-Partit Laburista li għaliha kienet mistiedna l-komunita LGBTIQ.

Il-Prim Ministru qal li waħda milli miri ta’ gvern elett mill-ġdid huwa li jkabbar id-distakk fuq it-tieni post f’dak li għandu x’ jaqsam mal-klassifika tad-drittijiet ċivili.

Dan hu impenn li ntlaqa’ b’sodisfazzjon minn dawk preżenti għaliex jafu li l-Prim Ministru jżomm kelmtu.

Aqra aktar

1,030 ħaddiem b’aktar drittijiet

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabiltà nieda l-politika għas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema li jaħdmu mad-Dipartiment tal-anzjani.

Politika li se tolqot lil 1,030 ħaddiem, li minnhom 730 ħaddiem tal-Gvern u 300 ħaddiem li jaħdmu mal-kuntrattur li huma, fost l-oħrajn, carers, professjonisti u ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar tal-anzjani.

Aqra aktar

Ġurnalist Malti fil-Polonja jikkummenta dwar l-MEP Pollakk li tkellem kontra n-nisa

Wara li Membru Parlamentari Ewropew Pollakk ħadha qatta’ bla ħabel kontra n-nisa ONE.COM.MT ħa l-kummenti ta’ ġurnalist Malti ibbażat fil-Polonja.

Roberto Galea li ilu sa mill-2004 jaħdem ma’ Polskie Radio (l-istazzjon nazzjonali tar-radju fil-Polonja) tkellem magħna dwar Janusz Korwin-Mikke, il-politiku eċċentriku.

Tista’ tisma’ l-kummenti tal-ġurnalist Malti hawn isfel.

Aqra aktar

Jiktbu lill-PM biex immigranti ma jintbagħtux lura bi skema tal-U.E

Numru ta’ akkademiċi kitbu ittra lill-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, biex iħalli Malta numru ta’ immigranti li ma jikkwalifikawx għall-ażil. Din il-kwistjoni qamet fl-aħħar ġimgħat meta numru ta’ immigranti nġabru sakemm tiġi f’Malta delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tanalizza s-sitwazzjoni tagħhom. Dan bħala parti minn sistema ta’ ritorn minn madwar l-Ewropa għal min ma jkunx kwalifika għal stat ta’ refuġjat.

Aqra aktar

Send this to a friend