donald tusk – One News

Notifiki

Brexit mistenni jkun pospost sat-22 ta’ Mejju li ġej

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jaqblu li Artiklu 50, li jiggarantixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jiġi estiż sat-22 ta’ Mejju li ġej. Dan kien deċiż waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, li din is-sena kien iddedikat għat-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta. L-Unjoni Ewropea qalet li l-estensjoni tkun garantita jekk il-Parlament Ingliż f’Westminster japprova l-abbozz dwar Brexit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa mal-President tal-KE qabel jibda’ s-summit tal-Mexxejja Ewropej dwar Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, sigħat qabel ma’ jingħata bidu għas-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq possibbiltà ta’ estensjoni ta’ Brexit.

Il-Prim Ministru Muscat kien diġà ddikjara li l-Gvern Malti huwa favur estensjoni għaqlija tal-perjodu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iżda dan irid isir bi ftehim u pjan xieraq. Huwa kien fost is-27 mexxejja ta’ Stati Membri Ewropej li llum mistennija jiddeċidu jekk għandhiex tingħata l-estensjoni fuq Brexit, wara li din tintalab b’mod formali mill-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.Aqra aktar

Donald Tusk jibagħat dokument dwar ir-relazzjoni futura bejn l-U.E. u r-Renju Unit lill-EU27

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk, bagħat dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit lill-mexxejja tal-EU27. Huwa kkonferma fi tweet li dan l-abbozz kien approvat fil-livell ta’ negozjaturi taż-żewġ partijiet, u kien approvat anke fuq livell politiku.Aqra aktar

“Eċċellenti” u “l-aqwa”; kliem Juncker u Tusk lil Muscat

Donald Tusk – President tal-Kunsill Ewropew 

“Grazzi Joseph, lilek u lit-tim tiegħek għal Presidenza effiċjenti ħafna. Napprezza l-ħidma kbira tiegħek, emminni din kienet waħda mill-aqwa esperjenza fil-ħajja professjonali tiegħi. Grazzi tal-ħidma tagħkom fin-negozjati ta’ Brexit, fix-xogħol li sar b’rabta mas-sigurtà interna u l-migrazzjoni kif ukoll it-tmiem tat-tarriffi roaming. Ħaqqek it-tifħir kollu li qed tirċievi.”

Jean Claude Juncker – President tal-Kummissjoni Ewropea

“Din kienet Presidenza eċċellenti, l-ewwel darba li fit-tmun tagħha kien hemm Malta u l-ħidma saret minn Joseph Muscat u l-Ministri kienet impressjonanti u eċċellenti. Grazzi Joseph.”

Dawn kienu l-kummenti li taw Jean-Claude Juncker u Donald Tusk f’konferenza stampa flimkien mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Maltija. Kummenti pożittivi u ta’ ġieħ mhux biss għal Prim Ministru Joseph Muscat iżda ukoll għall-ħidma li ġiet konkluża tul il-Presidenza Maltija.

Aqra aktar

Tusk b’ton ottimist qabel is-summit

Ton ottimist iktar mis-soltu fil-messaġġ li kiteb il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qabel jerġa’ jibda summit tal-mexxejja fi Brussell.

Dan hu l-aħħar summit taħt il-Presidenza Maltija.

Il-President Tusk innota kif minkejja li movimenti populisti kienu qed jieħdu ċertu popolarità u importanza fl-aħħar snin, fix-xhur li għaddew kien hemm riżultati inkoraġġanti fl-elezzjonijiet, fosthom fi Franza fejn il-populiżmu sofra telfiet kbar.

Tusk innota b’sodisfazzjon li l-Unjoni Ewropea qed tera’ tidher bħala soluzzjoni.

“Inkunu ġusti jekk ngħidu li se niltaqgħu f’ċirkostanzi differenti minn dawk tal-aħħar xhur meta l-forzi kontra l-Unjoni Ewropea kienu qed jiżdiedu,” qal Tusk li tkellem ukoll dwar l-isfida tal-immigrazzjoni.

Fil-fatt, għalkemm bħalissa Malta mhix tiffaċja l-istess pressjoni ta’ pajjiżi oħra reġa’ kien hemm żieda fin-numru ta’ immigranti llegali li marru lejn l-Italja permezz tar-rotta taċ-ċentru tal-Mediterran u din hi kwistjoni li tibqa’ tħasseb il-mexxejja Ewropej.

Fil-fatt din hija waħda mi-temi fuq l-aġenda kif imħejjija mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej f’Kunsill Ġenerali presedut mill-Ministru Helena Dalli.

Aqra aktar

Send this to a friend