Donald Trump – Page 17 – One News

Notifiki

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jgħid li mhux affettwat mid-deċiżjonijiet ta’ Trump

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sostna li mhux qed jiġi affettwat mid-deċiżjoni li ħa l-President Amerikan Donald Trump fejn issospenda d-dħul ta’ ċittadini minn għadd ta’ pajjiżi Musulmani biex jidħlu fl-Istati Uniti.

Kelliema għall-ajruport spjegat li peress li minn Malta m’hemm l-ebda titjira diretta lejn l-Amerka, id-deċiżjoni Amerikana mhux tolqotna.

Madankollu sorsi mill-ajruport sostnew ma’ dan is-sit elettroniku li kien hemm numru żgħir ta’ persuni fosthom Sirjani li ma tħallewx jitilqu minn Malta meta kienu sejrin lejn destinazzjoni oħra biex imbagħad minn hemm jaqbdu ajruplan ieħor lejn l-Amerka.

Aqra aktar

243,000 jiffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara ta’ Trump fl-Ingilterra

“Donald Trump m’għandux jintlaqa’ fl-Ingilterra waqt li jabbuża mill-valuri tagħna wara l-ordni li ta li twaqqaf Musulmani u l-attakki fuq refuġjati u d-drittijiet tan-nisa.”

Dan kien il-messaġġ li kiteb Jeremy Corbyn, il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook fejn ħeġġeġ lil kulħadd biex jiffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara statali tal-President tal-Amerika, Donald Trump, l-Ingilttera.

Aqra aktar

Eluf jipprotestaw fl-ajruporti tal-Istati Uniti

Eluf ta’ persuni nġabru biex jipprotestaw b’għan wieħed fl-ajruporti tal-Istati Uniti kontra l-ordni li ta l-President tal-Amerika, Donald Trump, fejn waqqaf ċittadini minn seba’ pajjiżi Musulmani; l-Iran, l-Iraq, il-Libja, is-Somalja, is-Sudan, is-Sirja u l-Yemen, milli jidħlu fl-Istati Uniti għal 90 jum. Din l-ordni, li għadha kif twaqqfet temporanjament mill-Qrati Amerikani, issospendiet ukoll id-dħul ta’ kull refuġjat għal 120 jum.

Il-poplu Amerikan mill-ewwel irrisponda hekk kif ħareġ u mar fl-ajruporti jipprotesta kontra din id-deċiżjoni. Id-demostrazzjonijiet li ttellgħu saru f’postijiet bħal New York, Chicago, Dallas, Denver, Los Angeles, San Francisco, Seattle, Boston u kif ukoll barra Washington D.C.

Aqra aktar

Maltin iqumu kontra Trump

“Donald Trump rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 u issa qed jaħtar nies b’mod li jqajjem bosta suspetti. Iċ-ċittadini qed jistaqsu kif in-nazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem b’kap li huwa omofobiku, razzist, xenofobiku u sessist”.

Hekk inkiteb fuq is-sit change.org; sit fejn ikunu ffirmati petizzjonijiet li f’ċertu okkażjonijiet verament iwasslu għal biddla.

Din il-petizzjoni s’issa iffirmawha aktar minn 107,908 persuna, iżda jonqos ħafna aktar għall-ammont mixtieq.

Aqra aktar

Trump iffirma biex l-Amerka toħroġ minn ftehim ekonomiku mal-Asja

Il-President Amerikan Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva biex pajjiżu joħroġ mill-ftehim ekonomiku li jeżisti bejn l-Istati Uniti u pajjiżi Asjatiċi. Dan il-ftehim li kien ferm imbuttat mill-amministrazzjoni t’Obama kien iffirmat minn tnax-il pajjiż u kien jolqot mal-erbgħin fil-mija tal-ekonomija tad-dinja.

Il-President il-ġdid kien kritika bl-aħrax dan il-ftehim ekonomiku li skontu jmur kontra l-interessi tal-Amerka. Intant Trump ħabbar li se jkun qed jaqta’ b’mod massiċċ it-taxxi fuq kumpaniji li jżommu l-bażi tagħhom fl-Istati Uniti. Trump ħabbar dan waqt li fil-Whitehouse kien qed jiltaqa’ ma diversi sidien ta’ negozji kbar fil-pajjiż.

Aqra aktar

Send this to a friend