Donald Trump – Page 16 – One News

Notifiki

Aġenziji Amerikani jaqblu li r-Russja ħadmet minn taħt

Aġenziji Amerikani jemmnu li r-Russja ħadmet minn taħt biex Donald Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Dan qaluh uffiċjali Amerikani lil ġurnali ewlenin bħall-Washington post u New York Times.

Infatti skont in-New York Times, dawn l-aġenziji tal-intelliġenza jinsabu kunfidenti ħafna li kien hemm l-indħil tar-Russi. Rapport imħejji mis-CIA u rrapportat fil-Washington POst jgħid l-istess.

Aqra aktar

Donald Trump: Il-persuna tas-sena

Time magazine għażlet lill-President Elett Donald Trump bħala l-persuna tas-sena 2016. Huwa ngħata dan it-titlu hekk kif irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni fi żmien li l-Amerka bħal donnha kienet indeċiża u ma kinitx qed tistenna dan ir-riżultat.
Aqra aktar

Trump iħabbar isem is-Segretarju għad-Difiża

Il-President-elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, għadu kif ħabbar il-ħatra ta’ Gen James Mattis bħala is-Segretarju tad-Difiża.

“Hu l-aqwa wieħed li għandna,” qal Trump hekk kif ħabbar l-għażla tiegħu f’Ohio.

Gen Mattis, li hu magħruf ukoll bħala “Mad Dog”, kien jiktritika b’mod liberu l-politika tal-Lvant Nofsani tal-amministrazzjoni t’Obama, b’mod partikolari fejn jidħol l-Iran.

Hu kien irrefera għall-Iran bħala “l-iktar theddida konsistenti għall-istabbiltà u l-paċi fil-Lvant Nofsani”.

U-turn ta’ Trump?

Donald Trump, elett mill-poplu għal President tal-Istati Uniti, qal li lest jikkonsidra mill-ġdid waħda mill-wiegħdiet elettorali ewlenin tiegħu, dik li jneħħi l-“Obamacare”. Din hija polza dwar il-kura tas-saħħa introdotta mill-President Barack Obama fl-2010.

Trump qal li se jibqa jipprojbixxi lil min joħroġ l-assigurazzjoni milli jiċħdu servizz għal kundizzjonijiet diġa’ eżistenti. Huwa qal lil-Wall Street Journali li jiffavorixxi wkoll li żgħżażgħ ikunu assigurati fuq il-polza tal-ġenituri tagħhom.

Fi kliem Trump: “I like those very much”.

Wara li tkellem ma’ Obama nhar il-Ħamis, Trump qal li ikkonsidra mill-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jbiddel kompletment dik li formalment tissajjeħ l-“Affordable Care Act”.

Mistoqsi hux se jimpimenta l-wiegħda li jqabbad prosekutur speqjali jinvestiga l-emails tar-rivali Demokratika Hillary Clinton, Trump qal li din mhix xi ħaġa li ħaseb wisq dwarha, għax jinsab aktar impenjat isolvi problemi relatati mas-saħħa, l-impjiegi, il-kontroll fil-fruntiera u riformi fit-taxxi.

Bir-ritratti: Il-ħatra ta’ Donald Trump f’karikatura

Hekk kif f’dawn l-aħħar jiem temmet l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti wara li nħatar Donald Trump, bosta għadhom ma jridux jaċċettaw din id-deċiżjoni.

Filwaqt li eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-Istati Uniti jipprotestaw biex iwasslu l-vuċi tagħhom, oħrajn użaw it-talent tal-arti. Diversi persuni minn madwar id-dinja esprimew ruħhom bl-arti u esprimew l-opinjoni tagħhom f’karikatura.

Bl-użu tal-karikatura huma wasslu l-ħsibijiet, il-biżgħat u fl-aħħar mill-aħħar l-opinjoni tagħhom dwar din il-bidla.
Aqra aktar

Power to the people

L-elezzjonijiet fl-Amerka dejjem jiġbdu l-attenzjoni tad-dinja, mhux biss għax huwa l-aktar pajjiż-stat b’saħħtu fid-dinja, mhux biss għax il-kampanji elettorali huma twal ħafna u allura jkun hemm coverage estensiv (il-kampanja ilha għaddejjha kważi sentejn) iżda għax is-sistema politika Amerikana, bis-separazzjoni tal-poteri, tagħti poteri kbar lill-President tagħha, li huwa effettivament l-iktar bniedem b’saħħtu fid-dinja.

Id-dinja ilbieraħ qamet taħt ‘xokk’għax rat lil Donald Trump isir il-ħamsa u erbgħin President Amerikan fl-istorja, taħt xokk għax semgħet fil-mezzi tax-xandir li darba qagħad jitmejjel b’ġurnalist bi bżonnijiet speċjali, għax kien jaqbad ‘l hemm u ‘l hawn u hawn, għax irid joħroġ l-Istati Uniti min-NATO u għax irid relazzjonijiet aħjar mar-Russja.

Aqra aktar

Send this to a friend