Donald Trump – Page 10 – One News

Notifiki

Trump jerġa’ jsaħħan il-qiegħa

F’kummenti ġodda fuq twitter, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddefenda dawk li sejjaħ bħala statwi sbieħ li jfakkru l-gwerra ċivili Amerikana.

Trump qal li huwa ta’ dispjaċir li jara l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżu jingħataw il-ġenb bit-tneħħija tal-istatwi ikoniċi f’postijiet madwar il-pajjiż. Nuru tweet

Aqra aktar

L-Amerika b’tama li ssolvi l-kriżi tal-Korea ta’ Fuq

Is-segretarju tad-difiża tal-Istati Uniti, James Mattis qal li l-Amerka għadha tittama li ssolvi l-kriżi tal-Korea ta’ fuq billi tuża d-diplomazija.

Wara ġranet ta’ rettorika miż-żewġ naħar, kemm l-Istati Uniti kif ukoll il-Korea ta’ fuq, Mattis qal li gwerra tkun katastrofika u li d-diplomazija kienet qed iġġib ir-riżultati.

Aqra aktar

Trump Jr iltaqa’ ma’ Russa għal diskussjonijiet dwar Clinton

Iben il-kbir tal-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ m’avukatessa Russa, jiem wara li missieru rebaħ in-nominazzjoni Repubblikana qabel l-elezzjoni Presidenzjali.

Mal-gazzetta The New York Times, Donald Trump Junior ammetta li fi Trump Towers, fi New York, iltaqa’ ma’ Natalia Veselnitskaya biex jikseb informazzjoni li setgħtet itappan ir-reputazzjoni tar-rivali Hilary Clinton.

Aqra aktar

Jallegaw li waqqaf investigazzjoni

Il-President Amerikan Donald Trump allegatament wissa lill-eks direttur tal-FBI James Comey beiex iwaqqaf investigazzjoni dwar l-eks konsulent nazzjonali għas-sigurta Michael Flynn u konnessjonijiet li kellu mar-Russja.

Skont rapporti mill-midja internazzjonali dan ġara xi Frar li għadda, meta Trump, b’mod personali avviċina lil Comey u qallu I hope you can let this go.Aqra aktar

Send this to a friend