Notifiki

Il-persuni b’diżabilità se jmissu max-xjenza bi ftehim fl-Esplora

Ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja se jwassal biex il-bini tal-Esplora u l-attrazzjonijiet li joffri dan iċ-ċentru għax-xjenza interattiva jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

B’hekk mal-wieħed u għoxrin elf persuna li għandhom il-kartuna tad-diżabilità se jgawdu min-numru ta’ inċentivi.

Dan billi fost oħrajn, gruppi ta’ persuni b’diżabilità li jattendu fiċ-ċentri ta’ matul il-jum igawdu minn żjarat fl-Esplora u wkoll imissu max-xjenza b’mod interattiv.Aqra aktar

Persuni b’diżabilità severa mhux se jerġgħu jitilgħu quddiem bord meta jagħlqu 16-il sena ħalli jieħdu l-għajnuna

Il-Gvern ħabbar miżura ta’ simplifikazzjoni li tikkonċerna l-għoti ta’ għajnuna għal persuni li għandhom diżabilità severa.

F’konferenza tal-aħbarjiet virtwali bit-tema Gvern għan-nies, ġie mħabbar li madwar disgħin fil-mija ta’ persuni li għandhom diżabilità severa mhux se jkollhom għalfejn jerġgħu jidhru quddiem il-bord mediku, meta jagħlqu l-età ta’ 16-il sena.Aqra aktar

Jitnieda studju biex persuni b’diżabilità jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar fuq il-post tax-xogħol

Bil-għan li jkun hemm stampa ċara tal-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol, tnieda studju mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà immirat għal inklużjoni sħiħa fuq il-post tax-xogħol.

F’din ir-riċerka ħadu sehem tliet mija u sitta u tletin persuna b’diżabbiltà kif ukoll tnejn u ħamsin persuna li jħaddmu.

Il-Ministru għall-Inklużjoni spjegat li tfasslu wkoll linji gwida għal min iħaddem biex ikunu jistgħu jidentifikaw għajnuniet meħtieġa għall-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

Il-PL jikkundanna l-aġir fil-konfront ta’ Kevin Cutajar

Il-Partit Laburista kkundanna l-aġir fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista, Kevin Cutajar.

Dan b’referenza għal ritratt li beda jdur fuq il-midja soċjali dwar Cutajar.

Fi stqarrija l-Partit Laburista saħaq li ħadd m’għandu juża d-diżabilità ta’ ħaddieħor biex jiżufjetta u fakkar fil-konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta’ liġi li jemenda l-kodiċi kriminali.

F’din il-liġi hemm propost li f’każ meta persuna tgħajjar persuna oħra bid-diżabilità tagħha, dan ikun meqjus bħala reat kriminali.

L-inklussività, il-persuni b’diżabilità u ż-żgħażagħ fost il-prijoritajiet tal-Kamra tal-Kummerċ

L-inklussività, iż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabilità huma fost il-prijoritajiet għall-Kamra tal-Kummerċ għax huma fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku, għas-sostenibbiltà tal-ekonomija kif ukoll għax jgħollu l-kwalità tal-ħajja tan-nazzjon kollu u mhux biss ta’ dawk it-tliet oqsma partikolari. Għall-Kamra tal-Kummerċ dawn huma prijoritajiet li ma jistgħux jintesew.

Aqra aktar

Send this to a friend