Notifiki

Jekk inti separat legalment mhux se jkollok tistenna biex tikseb id-divorzju

Fi stqarrija, il-Gvern ippubblika l-abbozz ta’ liġi li jrid jemenda l-kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tad-divorzju.

Fil-liġi tad-divorzju l-ġdida, il-Gvern qiegħed jipproponi li fejn il-partijiet ikunu diġà separati legalment, jiġifieri b’sentenza tal-Qorti jew b’kuntratt, m’għandu jkun hemm l-ebda perjodu ta’ żmien ta’ stennija sabiex persuna tkun tista’ tagħmel talba għad-divorzju.

Aqra aktar

Jiksbu d-divorzju fi 30 sekonda

Il-personalità televiżiva Ingliż Ant McPartlin u l-eks martu Lisa Armstrong irnexxielhom jiksbu d-divorzju fi 30 sekonda biss. Huma kienu ilhom 11-il sena miżżewġin qabel ma kkonfermaw is-separazzjoni tagħhom f’Jannar li għadda.Aqra aktar

6,430 każ ta’ divorzju u separazzjoni f’ħames snin

Bejn Ottubru 2011 u Diċembru tas-sena l-oħra kien hemm  6,430 każ ta’ divorzju u separazzjoni.

Meta wieġeb mistoqsijiet tal-membru parlamentari Nazzjonaliosta Chris Said, il-Ministru Bonnici qal li kien hemm 1,864 każ ta’ divorzju f’Malta u 72 f’Għawdex. Il-każi ta’ separazzjoni fl-istess perijodu kienu ta’ 4,174 f’Malta u 320 f’Għawdex.

Huwa qal li l-każi ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati ta’ Malta u Għawdex  minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li introduċiet id-divorzju f’pajjiżna sal-aħħar tal-2016  huma  hekk:

Aqra aktar

1,354 żwieġ fil-knisja fl-2016

In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 2016 kien ta’ 1,354. Minn dawn, 1,160 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 73 żwieġ bejn Maltin u barranin.

Dawn kienu mqassmin hekk: 39 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 26 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 8 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara. Ġew rreġistrati wkoll 10 żwiġijiet bejn Maltin li qed jgħixu f’pajjiżi oħra, u 111-il żwieġ bejn koppji barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend