diskussjoni – One News

Notifiki

L-ebda diskussjoni dwar Adrian Delia fil-PN

Ġimgħa wara li The Sunday Times żvelat li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija dwar każ ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Londra, l-istrutturi interni fil-Partit Nazzjonalista tul din il-ġimgħa, naqsu milli jiddiskutu dak zvelat fil-konfront ta’ Adrian Delia.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ The Sunday Times, bil-kundizzjoni tal-anonimità, qalu li kollox baqa’ business as usual fil-Partit Nazzjonalista. Saħqu li l-inqas ħaġa li kellu jagħmel Adrian Delia, li huwa wkoll il-kelliem għall-governanza tajba, kien li jagħti xi forma ta’ spjegazzjoni biex iserraħ moħħ kulħadd.Aqra aktar

Send this to a friend