diski – One News

Imut Robert Miles; il-Fosos kien jisplodi mad-daqq ta’ diska minn tiegħu

Qed jiġi rrapportat li miet id-DJ tant popolari Roberto Concina, magħruf aktar bħala Robert Miles. Miles għandu diski li minkejja li għaddew aktar minn 20 sena minn meta nħarġu xorta waħda għadhom popolari ferm, speċjalment id-diska Children. Min jaf kemm din id-diska ġġib memorji sbieħ għall-laburisti, diska li mal-ewwel nota tagħha l-fosos kien ‘jisplodi’ waqt il-mass meeting.

Aqra aktar

CLAUDIA FANIELLO TIRBAĦ IL-MALTA EUROVISION

It-30 edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest intrebħet mill-kantanta Claudia Faniello bid-diska Breathlessly . Dan ifisser li se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’Kyiv. Din hija d-disa’ darba li din il-kantanta ipparteċipat fil-Malta Eurovision.

Aqra aktar

Peter Paul ta’ Tribali jgħallem lit-tfal tal-Filippini…”Never Give Up”!

Peter Paul, mill-grupp mużikali Tribali, temm missjoni fil-Filippini b’mod speċjali. Waqt li jinsab hemm jagħmel xogħol ma’ tfal fejn jidħol talent mużikali, għallimhom verżjoni orkestrali tal-kanzunetta “Never Give Up”. L-arranġament mużikali għamlu qabel mar il-Filippini, u rrakkonta kemm huwa kuntent li f’temp ta’ ġimgħatejn, dawn it-tfal li taraw fil-filmat irnexxilhom jagħmlu din l-interpretazzjoni.

Fost oħrajn irringrazzja lill-missjunarju Malti Fr Joseph Cremona, li ħa ħsieb il-proġett.

Każ ta’ talent Malti li sarraf f’ġid lil hinn minn xtutna. Mhux talli hekk, talli omm u missier Peter Paul akkumpanjawh fil-proġett…missieru għandu 73 sena.

Aqra aktar

KURT CASSAR: il-leħen Malti li ntgħoġob sew mis-suq Ingliż…

It-talent Malti qed jispikka f’diversi oqsma, partikolarment dak mużikali. Kanzunetta bit-titlu ‘Rising Up’ se  tkun l-ewwel single imqassma fis-swieq  mużikali tar-Renju Unit għal Kurt Cassar.

Hija kanzunetta prodotta ġewwa record label u artist development studio Ingliż bl-isem ta’ ‘Downtown Artists’ f’Oxford, Londra. L-istess label rat artisti internazzjonali jibdew il-karriera tagħhom minn ġewwa fiha.

Aqra aktar

Jitgħallmu bil-Eurovision!

Proġett li beda riċentament bl-isem ta’ “Learning through the Eurovision” ħajjar diversi skejjel li minn jeddhom urew l-interess biex jiġu involuti fih.

Aqra aktar

Send this to a friend