dinja – One News

Suċċess fid-diplomazija u l-kummerċ ta’ Malta fid-dinja


Fl-aħħar sena l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ immexxi mill-Onorevoli Carmelo Abela għadda minn ħidma ikkaratterizzata minn żewġ elementi ewlenin; ħidma favur paċi, stabilità, u sigurtà fir-reġjun u mad-dinja u Malta li tindokra u tkabbar il-potenzjal tagħha u ta’ wliedha madwar id-dinja. Aqra aktar

Ara kif id-dinja tat merħba lill-2019

Bid-differenzi fil-ħin tal-pajjiżi, il-bidu ta’ sena ġdida jieħu 26 siegħa biex ikun iċċelebrat madwar id-dinja.

Dan jiġi ċċelebrat bi stili differenti madwar id-dinja bil-logħob tan-nar tista’ tgħid li jkun protagonist f’kull ċelebrazzjoni. Aqra aktar

ARA: Id-dinja tibda tilqa l-2019!

Is-sena l-ġdida tinsab ftit sigħat biss ‘il bogħod minn pajjiżna. Iżda hekk kif kulħadd jinsab b’ħeġġa liema bħalha biex jilqa’ l-2019, ħaddieħor diġa ċċelebra l-wasla tagħha, u aktarx diġa straħ fl-ewwel sigħat tagħha.

Fost l-ewwel pajjiżi li taw merħba lis-sena l-ġdida kien hemm Tonga, Samoa u Kiribati. L-ispettaklu f’Samoa kien ikkaraterizzat b’wirja kbira ta’ logħob tan-nar. Fatt interessanti huwa li siegħa ‘l bogħod bl-ajruplan hemm il-gżira Amerikana Samoa, li tiċċelebra s-sena l-ġdida tnax-il siegħa wara Samoa minħabba d-differenza fil-ħin.Aqra aktar

Sejħa finali biex id-dinja ssalva minn katastrofi

Din hija s-sejħa finali.
Dan qaluh ix-xjentisti hekk kif għamlu l-iktar twissija estensiva dwar ir-riskji tat-temperaturi globali li qed jogħlew.
Ir-rapport tagħhom biex iż-żieda tinżamm taħt il-grad .5°C, tidher li hija ‘l bogħod minn dak li qed isir fil-preżent. Dan hekk kif id-dinja miexja lejn it-3°C.
Dan ir-rapport ħareġ wara tliet snin ta’ riċerka u ġimgħa ta’ tbaqbiq bejn ix-xjentisti u l-Uffiċjali tal-Gvern.

L-Air Malta hija d-9 l-aqwa linja tal-ajru fid-dinja skond Airhelp

L-Air Malta ikklassifikata fost l-ewwel għaxar linji tal-ajru madwar id-dinja skond studju li sar minn Airhelp.

Din hija kumpanija li tgħin lill-passiġġieri b’talbiet ta’ kumpens għal titjiriet li jkunu tard, ikkanċellati jew ‘overbooked’.

AirHelp ikklassifika 72 linja tal-ajru  u 141 ajruport madwar id-dinja bbażati fuq prestazzjoni u kwalità ta’ servizz fil-ħin, kif ukoll is-sentiment tal-passiggieri fuqTwitter.

L- ajruport ‘Hamad’ li jinsab fil-kapitali tal-Qatar, Doha, gie magħzul bħala l-aħjar fid-dinja.

Il-Linja nazzjonali Maltija tikklassifika fid-9 post.

Il-Parlament Ewropew japprova proposta tal-S&D fuq l-Ekonomija Ċirkolari

Illum is-Soċjalisti u Demokratiċi ġabu l-appoġġ għal proposti leġislattivi ambizzjużi u fattibli li se jkunu l-ewwel pass għal ekonomija ċirkolari (circular economy).

Il-proposti jtejbu u jirrevedu regoli fuq l-immaniġġjar tal-iskart, inaqqsu l-impatt tal-ippakkjar u skart simili, u jdaħħlu miri aktar ambizzjużi fuq ir-riċiklar u t-tnaqqis tal-iskart ġenerat mill-ikel fost inizzjattivi oħra.

Il-Kelliema għall-Ambjent f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi Dr Miriam Dalli, qalet li din il-proposta leġislattiva li fuqha ttieħed il-vot tgħaqqad l-interessi tal-ambjent u l-ekonomija. “It-triq l’ quddiem hi l-integrazzjoni ta’ riżorsi effiċjenti fil-produzzjoni ta’ kuljum. Fejn l-iskart ta’ wieħed isir ir-riżorsa ta’ ieħor. Fejn ir-riżultat li joħroġ minn industrija jsir il-materjal li jidħol f’oħra,” irrimarkat Dr Dalli.

Aqra aktar

Tinstab sistema solari ġdida bi pjaneti li x’aktarx jaf ikollhom l-ħajja fuqhom

Xjentisti għadhom kif ħabbru li sabu sistemà solari ġdida mimlija pjaneti li huma viċin ħafna tad-dinja u saħansitra li wieħed jista’ jgħix fuqhom. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu waqt konferenza tal-aħbariiet minn NASA.

Minn tal-inqas tliet pjaneti mis-seba’ li hemm qed jitqiesu bħala opportunità tad-deheb għall-astronawti biex jesploraw, dan hekk kif jinsabu f’pożizzjoni perfetta biex ikun hemm il-ħajja fuqhom. L-istess pjaneti jaf ikollhom ibħra fejn dan ifisser li verament jista’ jkun hemm il-ħajja fuqhom.

Aqra aktar

Send this to a friend