Notifiki

AĠĠORNATA: Jinstab l-alkoħol fuq dgħajsa li dwarha qed issir investigazzjoni dwar ksur ta’ miżuri tas-saħħa

17:15 – ONE News jinsab infurmat li nstab xorb alkoħoliku fuq id-dgħajsa. Mhux mifhum ta’ min hu l-alkoħol, jekk hux tas-sid tad-dgħajsa jew tal-persuni barranin li kienu abbord id-dgħajsa.

Nifhmu li qed issir investigazzjoni dwar ksur ta’ miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa u anki jekk kienx hemm permess li jisserva l-alkoħol.

Aktar qabel – Dinghy ta’ Transport Malta interċetta dgħajsa b’għadd ta’ persuni fuqha, li rapporti qalulna li dawn marru għall-mawra flimkien madwar il-kosta Maltija u sa Kemmuna.

Nifhmu li din l-opra tal-baħar hija l-istess waħda li dehret f’filmat li ttella’ dalgħodu fuq il-midja soċjali, fejn numru ta’ nies jidhru jitilgħu fuq din l-opra tal-baħar lesta biex titlaq minn Buġibba.

Din l-opra tal-baħar issa tinsab dieħla eskortata lura lejn Buġibba u jistennewha hemm il-pulizija u timijiet mid-dipartiment tas-saħħa biex jinvestigaw jekk hemmx każ ta’ ksur ta’ direttivi mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa biex tkompli tiġi mrażżna l-imxija.

ONE News huwa infurmat li fuq id-dgħajsa hemm tmenin persuna, ħafna minnhom barranin u se jkun investigat jekk isserviex alkoħol meta ma kienx hemm permess għal dan.

Fuq id-dgħajsa, membri tad-Dipartiment tas-Saħħa qed jieħdu l-kuntatt tan-nies abbord biex isir intraċċ tal-kuntatti f’każ li jiżviluppa każ ta’ Covid-19.

 

Żewġ Sudaniżi serqulu d-dgħajsa u ppruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja

Qomt filgħodu biex immur nistad, u d-dgħajsa ma sibthiex hemm. Hekk qalilna bid-dmugħ f’għajnejh Rodger Mangion, li kmieni l-Ġimgħa filgħodu nsterqitlu d-dgħajsa tas-sajd li qatta’ ħafna minn ħajtu fuqha.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PM jsuq għal Kemmuna

Jidher li l-Prim Ministru Robert Abela mhux biss ħa t-tmun tal-pajjiż f’idu ftit tal-jiem ilu iżda issa wkoll tad-dgħajsa li biha ser ikun qed jagħmel l-ewwel żjara tiegħu bħala Prim Ministru f’Kemmuna.

Illum il-Prim Ministru mistenni jiltaqa’ wkoll ma’ diversi Għawdxin fi tliet lokalitajiet differenti. Fix-Xewkija, fix-Xagħra u fil-Qala.

Segwi l-filmat hawn taħt.

Intant waqt iż-żjara tiegħu l-Prim Ministru ltaqa’ wkoll ma’ Salvu ta’ Kemmuna

Fi żjara qasira li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fil-Gżira ta’ Kemmuna sab jistennewh lill-familja ta’ Salvu u l-familjari tiegħu.

Ikompli l-vjaġġ dinji għall-ugwaljanza

Id-dgħajsa ‘Maiden’  b’ekwipaġġ ta’ ħames baħħara nisa komplew bil-vjaġġ tagħhom madwar id-dinja.  Wara li għall-ewwel waqfa fil-vjaġġ tagħhom waslu f’pajjiżna madwar ġimagħtejn ilu l-ekwipaġġ kompla l-vjaġġ li ser jieħu madwar sentejn.  Aqra aktar

Ifittxu raġel wara li qabeż minn fuq dgħajsa f’Tas-Sliema

Raġel ta’ nazzjonalità Franċiża, li għandu residenza fis-Swieqi, bħalissa qed jitqies bħala mitluf wara li lbieraħ filgħaxija hu flimkien ma’ erba’ persuni oħra qabżu l-baħar minn fuq dgħajsa tad-divertiment qrib tas-Sliema biex jgħumu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-00:25 ta’ dalgħodu meta għall-ewwel b’kollox kien hemm ħames persuni meqjusa nieqsa hekk kif dawn ma setgħux jintlemħu fil-baħar. L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 19 u 20 sena.
Aqra aktar

Send this to a friend