Notifiki

Deputati skomdi jwieġbu dwar post Jason Azzopardi fil-PN

Wara l-istqarrija oriġinali li fiha Jason Azzopardi daqq l-irtirata fuq numru ta’ allegazzjonijiet li għamel dwar Adrian Delia, numru ta’ deputati Nazzjonalisti dehru skomdi.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Skomdi jwieġbu fuq in-nuqqasijiet fiskali t’Azzopardi

In-nuqqasijiet tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi komplew joftmu lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista hekk kif id-deputati kellhom reazzjonijiet differenti dwar dak li kien żvelat.

ONE NEWS u l-gazzetta Kulħadd żvelaw in-nuqqasijiet serji li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kellu f’dikjarazzjonijiet ta’ dħul għal fini ta’ taxxa u li saħansitra dak li kien iddikjara għall-2019 għokor l-għajn wara li ma kienx iddikjara dħul mill-professjoni legali tiegħu.  Dan għalkemm magħruf kemm hu avukat imqabbad.

Aqra aktar

Il-PN jiddefendi lil Kristina Chetcuti kontra l-Prof. Gauci

Il-Partit Nazzjonalista qed jiddefendi lis-sieħba tal-eks Kap Simon Busuttil, Kristina Chetcuti, wara l-artiklu li kitbet mimli attakki kontra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.Aqra aktar

Bernard Grech jipprova jaqta’ saqajn deputati li kienu favur Delia

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq il-ħames u l-ħdax-il distrett elettorali. Dan irrapportah il-ġurnal The Times wara li d-distretti tal-Partit Nazzjonalista ġew deċiża l-Erbgħa filgħaxija.Aqra aktar

Id-deputati li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li kien żball tagħhom li Delia sar Kap

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap Nazzjonalista Adrian Delia, qegħdin jgħidu lil kunsilliera Nazzjonalisti sabiex jivvotaw li jmorru għal elezzjoni għal Kap Nazzjonalista, għax se jtuhom l-għażla.

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap qed jargumentaw mal-kunsilliera li kien żball tagħhom li Delia sar Kap, għax ma tawx għażla wiesgħa lil kunsilliera u t-tesserati fl-elezzjoni li saret għal Kap fl-elfejn u sbatax.

Għaldaqstant, din id-darba d-deputati li sfiduċjaw lil Kap qegħdin imorru b’lista ta’ kandidati li lesti li joħorġu sabiex Adrian Delia ma jibqax Kap.

Aqra aktar

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Send this to a friend