Se jsiru żewġ attivitajiet b’inqas restrizzjonijiet bi prova biex tiġi studjata s-sitwazzjoni

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mis-6 ta’ Settembru se jibdew isiru avvenimenti bilwieqfa fuq barra, kif kien tħabbar aktar kmieni, li se jkunu aċċessibbli għal persuni mlaqqma u biċ-ċertifikat tal-vaċċin.Aqra aktar

Id-DPM jħabbar li d-doża addizzjonali tal-vaċċin se tibda tingħata minn ġimgħa qabel

Id-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li se jingħata lir-residenti fid-djar tal-anzjani se tibda tingħata minn nhar it-Tnejn li ġej, li hu ġimgħa aktar kmieni milli kien previst.Aqra aktar

L-obbligu ta’ kwarantina jonqos għal sebat ijiem għal min ikollu ċ-ċertifikat tal-vaċċin

Mis-16 ta’ Awwissu dawk biċ-ċertifikat tat-tilqim u li kienu f’kuntatt ma’ persuna pożittiva, minflok jagħmlu kwarantina ta’ 14-il ġurnata issa se jkunu obbligati jagħmlu kwarantina ta’ sebat ijiem.Aqra aktar

Il-Gvern se jibda jħallas ukoll il-mediċini marbuta mal-IVF… l-ebda ċenteżmu mħallas mill-koppji

Minn wara l-budget li se jkun ippreżentat għas-sena d-dieħla, l-ispejjeż marbuta mal-mediċini tal-IVF, li jammontaw għal €3,500 se jkunu koperti mill-Gvern ukoll biex b’hekk kull spiża marbuta mal-IVF se tkun merfugħa mill-Gvern u l-koppji ma jħallsu assolutament xejn.Aqra aktar

Send this to a friend