deo debattista – One News

Notifiki

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli żżur lill-ħaddiema tal-Malta Freeport Corporation u tal-Malta Freeport Terminals

Waqt żjara li għamlet lill-ħaddiema u lill-management tal-Malta Freeport Corporation u tal-Malta Freeport Terminals, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli faħħret l-investiment li sar matul is-snin fil-Freeport fejn jidħol xogħol infrastrutturali kif ukoll xiri ta’ makkinarju ġdid. Aqra aktar

L-Awtorità dwar il-Mediċini tinawgura l-Akkademja għall-Eċċellenza u l-Innovazzjoni fil-qasam tax-xjenza regolatorja

L-Awtorità dwar il-Mediċini tpoġġi lill-pazjent fiċ-ċentru tax-xogħol tagħha billi tagħti sostenn qawwi lill-funzjonijet tradizzjonali tagħha filwaqt li stabilixxiet b’mod effettiv direttorati innovativi bħad-Direttorat għall-Inizjattivi Avvanzati u Xjentifiċi, id-Direttorat tal-Operat Xjentifiku u Regolatorju u l-Unit tal-Intelliġenza u l-Aċċessibbiltà tal-Mediċini. Dan wassal biex l-Awtorità tpoġġi lil Malta bħala protagonista fuq livell internazzjonali f’numru t’oqsma fix-xjenza regolatorja fosthom ir-regolazzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali, l-aċċessibbiltà tal-mediċini u l-farmakoviġilanza. Aqra aktar

Studenti tal-mediċina b’opportunità ġdida ta’ riċerka

L-Awtorità dwar il-Mediċini qed toffri opportunità unika fejn studenti f’dan il-kors se jkunu jistgħu jaħdmu mill-qrib mal-professjonisiti fi ħdan l-awtorità fuq riċerka u proġetti innovattivi li għandhom x’jaqsmu mal-kannabis għall-użu mediċinali. Filwaqt li se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn korsijiet avvanzati li qed torganizza l-Akkademja għall-Eċċellenza u l-Innovazzjoni flimkien mal-Awtorità dwar il-Mediċini, il-Malta Laboratories Network u d-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta.

Aqra aktar

Investiment fl-indafa taż-żoni turistiċi

Il-Gvern għaddej b’ħidma biex titneħħa l-alka kollha mill-inħawi ta’ Buġibba bi preparazzjoni għas-sajf, kif ukoll ħaseb għal tibdil tal-kontenituri tal-iskart madwar il-lokalità.

Apparti dan qed isir ukoll xogħol biex jitneħħa r-ramel minn taħt il-pjazza ta’ Buġibba.

Aqra aktar

Jinġabru 128 tunnellata ta’ skart f’Birżebbuġa

Fl-aħħar erbat ijiem, għaxar ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif ġabru mal-mija u tmienja u għoxrin tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor li ħammġu u kerrhu ż-żona tal-Girgħien f’Tal-Papa f’Birżebbuġa.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara, qal li fl-ewwel tliet xhur tas-ena, il-ħaddiema tad-Diviżjoni ġabru ’l fuq minn erbat elef u ħames mitt tunnellata ta’ skart illegali waqt li s-sena li għaddiet inħarġu ’l fuq minn elf u mitejn ċitazzjoni fil-konfront ta’ persuni li nqabdu jarmu barra.

“F’dawn l-aħħar tliet xhur inħarġu madwar ħames mitt ċitazzjoni għal min abbuża kemm minn sempliċiment borża tal-iskart illi tinħareġ fil-ġurnata l-ħażina, kif ukoll għar-rimi llegali tal-iskart”

Waqt li kienu għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta’ tindif f’Birżebbuġa, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, semma kif dan l-aġir irresponsabbli jrid jispiċċa.

“Isiru aktar aware u jkunu aktar aware ukoll minn numri li għandna available, mill-app online. 1718 biex jiġbrulek l-iskart jekk għandek skart żejjed jew ma tafx x’se tagħmel bih u fl-istess ħin hemm app biex ikoll tirraporta. Ħalli kemm jista’ jkun inkunu kollha qed niġbdu ħabel wieħed ħalli jkollna Malta dejjem isbaħ.”

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-sena l-oħra biss id-Diviżjoni neħħiet aktar minn 16-il elf tunnellata ta’ skart mormi illegalment. Qal li din id-diviżjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li pajjiżna jinżamm nadif u miżmum sew.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, li l-Uffiċjali tal-Komunità qed ikunu aktar qrib il-bżonnijiet tal-komunità. Qal li l-investiment li qed isir fl-operat tal-LESA, li qed taħdem id f’id mad-diviżjoni għall-Indafa, se jwassal għal servizz aħjar liċ-ċittadin.

Apparat ġdid fil-Belt Valletta kapaċi jsalva persuni b’attakk tal-qalb

Defibrillator huwa apparat żgħir li għandu potenzjal kbir għax jista’ jsalva ħajja ta’ bniedem. Għal dan il-għan, ġew installati l-ewwel sitta minn tmien defibrillators f’diversi mkejjen madwar il-Belt, li saret l-ewwel lokalità f’Malta li toffri dan is-servizz mediku.

Permezz ta’ dan it-tagħmir żgħir persuni li jbatu b’mard tal-qalb jew isibu ruħhom bejn ħajja u mewt se jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna mill-ewwel. F’każ li persuna jagħtiha attakk tal-qalb, titqabbad din il-magna li permezz ta’ xokkijiet tista’ tkun kruċjali biex issalva l-ħajja.Aqra aktar

FILMAT: “Valletta 2018 għalqet bil-kbir”

Is-Sibt filgħaxija l-Belt Valletta għalqet bil-kbir is-sena li matulha ġarret it-titlu ta’ belt kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-Aħħar Festa, l-attività uffiċjali tal-għeluq ta’ Valletta 2018, ġiet iċċelebrata fi Pjazza San Ġorġ quddiem folla mdaqqsa.

Apparti l-ispettaklu dinamiku li ttella’ minn artisti bħal Ozzy Lino u l-gruppi Tribali u The Brass House Unit, ġie mgħoddi t-titlu lill-Kapitali Ewropea tal-Kultura li jmiss, lil Matera u lil Plovdiv.Aqra aktar

Send this to a friend