delia – One News

Oppożizzjoni mingħajr kredenzjali

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li l-Oppożizzjoni tat dwar ir-rapport Moneyval u l-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni lanqas biss qrat li l-Gvern diġa’ ħareġ komunikat li diġa’ qed jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet li l-istess aġenzija għamlet.Aqra aktar

Delia jrid ineħħi lil Puli minn Segretarju Ġenerali

F’mument li l-Partit Nazzjonalista ġarrab l-ikbar telfa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fejn saħansitra tilef it-tielet s-siġġu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma jridx aktar lil Clyde Puli fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.

Waqt il-programm Dissett, Adrian Delia qal li ma jridx lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jkun ukoll Deputat elett fil-Parlament. Dikjarazzjoni li bosta interpretawha li Delia se jibda b’manuvra sabiex iwarrab lil Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali wara l-akbar telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Send this to a friend