delegati – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 200 delegat minn madwar l-UE ospitati fin-Nadur

Mitejn delegat minn għadd ta’ għaqdiet differenti madwar l-Unjoni Ewropea, se jiġu f’pajjiżna biex iqattgħu ħamest ijiem jgħixu fin-Nadur, Għawdex.

Dan wara li n-Nadur intgħażel biex jospita l-avveniment annwali magħruf bħala ċ-‘Charter European of Rural Communities’. Iżda d-delegati li se jkunu f’pajjiżna mhux biss se jiddiskutu t-tema tas-solidarjetà, iżda se jduqun wkoll parti mill-kultura u t-tradizzjonijiet Għawdxin.

Filfatt, dawn il-mitejn delegat se jkunu ospitati minn familji Għawdxin fin-Nadur, biex jesperjenzaw kemm jistgħu l-ħajja Għawdxija.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, spjegat kif wara d-diskussjoni li se ssir, se jinkiteb rapport uffiċjali, li se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.

Aqra aktar

Ivvotaw 715 minn 756 delegat tal-Partit Laburista

Kienu 715 id-delegati li vvotaw fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Dan minn total ta’ 756 delegat biex kienu biss  id-delegati li ma vvotawx. Wieħed irid iżomm f’moħħu li dawk li kienu ivvotaw fil-votazzjoni bikrija din id-darba ma kellhomx iċ-ċans li jagħmlu dan jekk ma kienux f’Malta. 

Aqra aktar

Eks-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista jinħatru delegati onorarji

Il-Konferenza Ġenerali b’riżoluzzjoni speċjali tista’ għar-raġunijiet eċċezzjonali tiddikjara delegati preżenti jew passati bħala delegati onorarji.

Fil-fatt hekk għamlet, dan hekk kif il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef ressaq reżoluzzjoni fuq ix-xewqa tal-Prim Ministru, f’isem l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex sitt persuni li servew fil-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u li matul iż-żmien ħadmu bla heda fi ħdan il-Partit Laburista jinħatru delegati onorarji.

Aqra aktar

Dak li se jiġri llejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Illejla fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se tkun qed issir Konferenza Ġenerali Straordinarja li se tkun qed tlaqqa’ lid-delegati tal-Partit Laburista taħt saqaf wieħed biex fost oħrajn jivvotaw għall-preferenza tagħhom bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament.

Dan ipoġġi piż u responsabbiltà importanti fuq id-delegati tal-Partit Laburista hekk kif il-vot tagħhom se jkun qed iwassal għall-għażla finali ta’ Deputat Mexxej, għażla li jridu jagħmlu bejn tliet kandidati li huma l-Ministru Helena Dalli, il-Ministru Chris Fearne u l-Ministru Edward Scicluna.

Aqra aktar

L-għażla l-kbira

Kien tmien snin ilu l-aħħar li indirizzajt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Mhux għax ma bqajtx nattendi, iżda għax diskors f’konferenza m’għandux ikun ritwal li jsir kull sena.Aqra aktar

Send this to a friend