DCG thedded b’mandat ta’ sekwestru

Wara tant paniku li ħolqu Daphne Caruana Galizia u l-Partit Nazzjonalista dwar mandati ta’ sekwestru fil-konfront tagħha u wara li għamlet ġabra biex tkun tista’ tiffinanzja l-passi li ttieħdu kontriha bil-liġi, issa Daphne Caruana Galizia stess iddikjarat l-intenzjoni tagħha li tagħmel mandat ta’ sekwestru.Aqra aktar

DCG tgħid li fuq il-Ministru Cardona għaddiet “fair comment”

Meta kienet qed tressaq it-tweġibiet tagħha għal-libell li fetaħ kontriha l-Ministru Chris Cardona, Daphne Caruana Galizia saħqet li hija għaddiet “fair comment”.

Għall-blogger Nazzjonalista, l-allegazzjonijiet serji li s’issa qatt ma ppruvat dwar Chris Cardona, dawn kienu kummenti li kulħadd seta’ jagħmel.

Aqra aktar

L-IGM maqsuma dwar l-istqarrija fuq DCG

Id-deċiżjoni li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin joħroġ stqarrija li tiddefendi lil Daphne Caruana Galizia, ma kinitx waħda unanima.

Dan kien ikkonfermat , mic-chairperson tal-istess IĠM Karl Wright fi programm Pjazza.

Aqra aktar

MINN FOMM MIN ĠARRAB L-ATTAKKI TA’ DCG

Randolph Debattista, persuna fost il-ħafna li sfaw attakkati mill-blogger Daphne Caruana Galizia, tkellem dwar it-tbatija li jgħaddu minnha l-qraba ta’ dawk li jispiċċaw vittma tal-mibegħda.

Waqt PJAZZA hu spjega li l-mibegħda li tiżra’ DCG, hi mibegħda li l-Maltin jgħixuha ta’ kuljum f’diversi postijiet. Sostna li din il-mibegħda ma tistax tibqa’ titqies bħala xi ħaġa normali u fejn filwaqt li għal diversi snin kienu ħafna li njorawha, fl-aħħar kien hemm xi ħadd li waqfilha.

Debattista spjega wkoll kif fl-2013 kien il-poplu li vvota favur Malta Tagħna Lkoll, messaġġ li juri lil Malta maqgħuda u li bih tinqata’ l-qasma.

Aqra aktar

Il-gideb ta’ DCG mhux ġurnaliżmu… Cardona jispjega passi oħra

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar iddikjara fi stqarrija li jemmen fil-libertà tal-espressjoni ħielsa u jagħti assigurazzjoni lill-ġurnalisti li huma ħielsa fix-xogħol ġurnalistiku tagħhom. “Anzi, il-ġurnalisti għadhom ikunu mħeġġa jkomplu bix-xogħol ta’ skrutinju serju tagħhom,” qal Cardona fi Stqarrija.

Żied jgħid li l-gideb intiż biex ixerred il-ħdura, il-mibgħeda u l-firda mhuwiex ġurnaliżmu. “Ħadd ma għandu juża’ l-professjoni ġurnalistika serja biex jgħid li jrid u jkasbar bi ħdura u b’gideb lil kwalunkwe persuna kemm fil-ħajja pubblika u anke barra minnha,” qal Cardona. Aqra aktar

DCG tidħol għal Salvu Mallia

Quddiem pressjoni ma’ taqta’ xejn fil-Partit Nazzjonalista, dwar il-kandidatura ta’ Salvu Mallia, daħlet titkellem għalih Daphne Caruana Galizia.

Caruana Galizia indirizzat lil dawk li fil-Partit Nazzjonalista huma imdejqa bl-aġir ta’ Mallia u qalet li jekk il-Partit Nazzjonalista ineħħih ikun qed jispara f’saqajh.

Aqra aktar

Busuttil joqmos x’ħin tissemma DCG fil-Parlament

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, tilef xi ftit il-paċenzja meta fil-Parlament semmewlu lil Daphne Caruana Galizia. Busuttil qiegħed fil-Parlament isegwi d-dibattitu dwar mozzjoni li ressaq Beppe Fenech Adami fuq ruling tal-ispeaker. Hu kien qed isegwi b’attenzjoni sakemm id-deputat Deborah Schembri għamlet referenza għall-attakk fuq iċ-chief of staff tal-Prim Ministru minn dik li ddeskriviet bħala blogger li twassal il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Send this to a friend