Il-Laptop ta’ DCG għadu ma ngħatax lill-inkjesta

“M’ HEMM L-EBDA DUBJU LI DAPHNE INQATLET MINĦABBA RAĠUNI POLITIKA ISSA XOGĦOLNA HU LI NIBQGĦU NISSIELTU NISTINKAW BIEX TOĦROĠ IL-VERA VERITA”

Minkejja din id-dikjarazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li qed jidher bħala parte civile għall-Familja Caruana Galizia – il-laptop tal-vittma għadu m’għaddiex f’idejn il-maġistrat inkwirenti Anthony Vella.

Aqra aktar

Evidenza waqt l-arrest tgiddeb lil Jason Azzopardi

Iċ-ċirkostanzi u l-evidenza li instabu fit-tinda tal-patata fil-Menqa l-Marsa fejn it-tliet suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġew arrestati, turi biċ-ċar illi sa sekondi qabel ma’ waslu l-Forzi ta’ l-Ordni fuq il-post, is-suspettati kienu fil-pussess ta’ din evidenza kruċjali u relatata mal-qtil tal-blogger u li b’mod istantanju huma ippruvaw jarmu u jahbu l-istess evidenza hekk kif raw lill-Pulizija quddiemhom nhar l-4 ta’ Diċembru.

Aqra aktar

Mistoqsijiet mhux imwieġba dwar il-laptop ta’ DCG

Il-MaltaToday żvelat dalgħodu li l-pulizija kienu talbu lill-Maġistrat Inkwirenti biex jiġbor il-laptop li kienet tuża Daphne Caruana Galizia. Iżda, mhux magħruf jekk dan inġabarx bil-Maġistrat jgħid li ma jistax jikkummenta meta mistoqsi jekk talabx il-laptop lill-familja ta’ Caruana Galizia. “Ma nistax inwieġeb għax l-investigazzjoni min-naħa tiegħi għadha pendenti,” qal il-Maġistrat Anthony Vella. Jirriżulta li l-pulizija ilhom li għamlu t-talba tagħhom.

Aqra aktar

Għażla konxja u provokattiva

Meta dalgħodu twaħħlu għadd ta’ banners u billboards madwar il-pajjiż, minn dawk li jsejjħu lilhom innifushom soċjetà ċivili u occupy justice, kien hemm min staqsa x’kien li banner kbir twaħħal f’żona tal-Belt li minnha ma jgħaddux il-persuni u karozzi li jgħaddu minn bnadi oħra.

Iżda, one.com.mt jista’ jiżvela minn tagħrif li kiseb minn persuna qrib dan il-grupp li din kienet għażla studjata.

Jirriżulta li fil-madwar jgħixu persuni li nhar it-Tnejn kienu l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt jargumentaw li l-monument tal-Assejdu l-Kbir għandu jmur lura għall-istat li kien qabel tpoġġa r-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia fjuri kif ukoll xemgħat.

Jidher li Beltin magħrufa, li kienu għal din il-laqgħa jargumentaw il-kontra, taw il-parir li dan il-banner għandu jitwaħħal f’din iż-żona biex idejjaq lil dawk li ma riedux jgħaddu minn Triq ir-Repubblika u jaraw il-monument kif inhu llum.

B’hekk minn tagħrif li ksibna jirriżulta li din kienet għażla konxja u provokattiva fl-istess jum li l-istess persuni ftehmu li jinġabru l-Belt quddiem il-monument.

KAŻ DCG: JIBDA JIXHED PETER CARUANA GALIZIA

14:43 – Peter Caruana Galizia temm ix-xhieda tiegħu.

Il-Kumpilazzjoni ġiet aġġornata għal għada fl-10:00am.

14:32 – Dr. Peter Caruana Galizia qal li dak in-nhar tal-Ispluzjoni hija kella appuntament l-HSBC minħabba xi problemi li kellha f’ xi kontijiet. Filwaqt li c-cheque book ħadietu minħabba li riedet tħallas il-karozza mikrija għandha wara li tlesti mill-appuntament tagħha l-HSBC. 

14:30 – Beda jixhed ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia – Dr. Peter Caruana Galizia.

Huwa qal kif il-Ħadd filgħodu ġeneralment imur dawra bir-rota, meta ġie lura martu maret tixtri l-gazetti u tieħu kafe Palazzo Pariso.

Huma ftehmu li wara l-kafe Peter u Daphne jmorru l-Furjana, filwaqt li Matthew ħa l-karozza ta’ ommu u mar għal rasu.

Il-Karozza tal-vittma hemmhekk kienet ipparkjata fil-Parking tat-Trade Fair tan-Naxxar. Matthew minkejja li kien miftiehem magħhom biex imur il-Furjana, ċemplilom u qallu li mhux sejjer għax mhux qed iħossu tajjeb.

X’ ħin waslu lura d-dar huma ma’ sabu l-ħadd, dan hekk kif Matthew mar jgħum Ta’ Sliema

Nhar id-delitt – Dr. Peter Caruana Galizia qal li ħareġ kmieni mid-dar u l-mara ma’ rahiex. Huwa qal li kien ibnu l-ieħor Andrew li daħal fl-uffiċċju legali ta’ Caruana Galizia u qalu biex imorru l-Bidnija.

X’ħin wasal fuq il-post Caruana Galizia – qal li staqsa lill-Ispettur Kurt Zahra jekk martu kinitx mietet – bl-Ispettur Zahra jwieġbu IVA.

14:18 – Waqt l-interrogazzjoni kien Vince Muscat il-Koħħu li ma’ aċċettax li jittiħidlu d-DNA, dan hekk kif l-aħwa Degiorgio aċċettaw.

Vince Muscat il-Koħħu ta d-dettalji tiegħu u ma tkellem xejn iżjed, Alfred Degiorgio wieġeb biss – li mhux se jwieġeb, filwaqt li George ċ-Ċiniż lanqas fetaħ ħalqu biex jagħti d-dettalji tiegħu, fejn huwa ppreżenta biss il-karta tal-identita’.

14:10 – Il-Pulizija kellmet ukoll persuna ta’ sess feminili li wkoll rat l-isplużjoni sseħħ quddiem għajnejha. L-Ispettur Zahra qal li ġew mitkellma wkoll in-nies li rrappurtaw fuq il-112 l-isplużjoni, fosthom persuna li kienet niezla mill-Mosta għal Burmarrad – fejn skont l-arloġġ tar-raġel il-ħin kienu 2:57pm.Aqra aktar

Il-Gvern sorpriż b’allegazzjonijiet dwar il-qtil ta’ DCG

Il-Gvern Malti jinsab sorpriż u jikkundanna “Parir Urġenti” li għamlet kumpanija tal-avukati Ingliża li qed tinsinwa li l-Istat kien involut fil-qtil brutali tal-blogger, Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern jistqarr li dawn l-allegazzjonijet huma bbażati biss fuq informazzjoni provduta mill-klijenti tagħhom.

Aqra aktar

Pittella: L-agħar ħaġa li nistrumentalizzaw xi ħaġa drammatika

Il-President tal-Grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew qal li l-agħar ħaġa li wieħed jista’ jagħmel wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hi li jistrumentalizza xi ħaġa drammatika. F’konferenza tal-aħbarijiet Pittella wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u qal li l-marka tal-gvern Malti hi dik ta’ trasparenza fejn jaċċetta kull verifika. “Iktar u iktar meta l-gvern Malti wera b’mod immedjat ix-xewqa li jkun hemm investigazzjoni internazzjonali fuq l-umiċidju,” qal Pittella li kien hawn li saħaq li xi ħaġa drammatika fejn inqatlet persuna m’għandiex tkun strumentalizzata. “Min qed jaħseb li jagħmel hekk ngħidlu jieqaf. Ejja nkomplu bl-investigazzjoni u ma nieqfux,” qal Pitella li wissa kontra min irid jagħmel kalkoli politiċi. “X’għandu x’jaqsam Muscat? Irridu l-verità,” tenna Pittella.”

Aqra aktar

Send this to a friend