Il-Gvern iwieġeb għas-sejħa tal-Kap tal-P.N għat-twaqqif ta’ kummissjoni speċjali dwar il-qtil ta’ DCG

Waqt li huwa fundamentali li jiġu evitati sitwazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jippreġudikaw l-investigazzjonijiet kriminali li jinsabu għaddejja, m’hemm xejn li jeskludi xi tip ta’ inkjesta oħra fi stadju ulterjuri, sakemm ma jiġix evitat dan il-preġudizzju.

Sostna dan il-Gvern fi stqarrija b’reazzjoni għat-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li talab li tinħatar kummissjoni dwar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.  Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil ta’ DCG

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Espert forensiku diġitali tal-Europol, xehed quddiem il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace li  f’Diċembru li għadda assista lill-Pulizija ta’ Malta biex waqt it-tfittxijiet li saru jiġi elevat apparat eletroniku.Aqra aktar

Is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali hija prova ċara tar-rule of law f’pajjiżna

Il-Qorti Kostituzzjoni kkonfermat id-deċiżjoni tal-Ewwel Qorti biex id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta ma jibqax jagħti sehmu fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

B’reazzjoni, il-Gvern qal li s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali hija prova ċara  li f’pajjiżna għandna rule of law li taħdem fejn il-Qrati jissindikaw bl-ikbar libertà, indipendenza u awtonomija l-awtoritajiet investigattivi u l-awtoritajiet ta’ pajjiżna. Aqra aktar

Ippreżentati fdalijiet tal-mobile ta’ DCG fil-Qorti

FIl-Qorti ġew ippreżentati l-fdalijiet tal-mobile phone ta’ Daphne Caruana Galizia; li kien magħha fil-karozza waqt l-isplużjoni fil-Bidnija.

Dan ġara hekk kif it-Tnejn filgħodu kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużat bil-qtil tagħha – l-aħwa George u Alfred Degorgio magħrufa bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu u Vince Muscat il-Koħħu.

Il-biċċiet tal-mobajl ġew ippreżentati lill-Qorti mill-Ispettur Charlot Casha stazzjonat fit-Taqsima Forensika tal-Korp tal-Pulizija, wara li dawn ġew analizzati minn esperti fl-Olanda.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Il-katavru ta’ DCG intgħaraf mid-DNA

10:15 – Il-Kumpilazzjoni tax-Xhieda ġiet aġġornata għal nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru li ġej fid-9:30.

10:10 – Profs. Marie Theresa Camillleri Podesta li telet tixhed mat-Tabib Ali Safraz, li qalet li għamlet l-Awtopsja fuq il-Katavru nhar l-20 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra, u kkonfermat lill-vittma mietet kawża ta’ ‘blast injuries’.

10:03 – Tela’ jixhed Joseph Bondin uffiċjal fl-Armata u stazzjonat fl-Eplosive Ordinance Disposal Unit. Huwa qal li primarjment xogħlu kien li jara li ma hemmx iżjed splussiv jew xi bomba oħra, sostna li meta wasal ra li kien hemm il-Protezzjoni Ċivili jitfu n-nar. Meta mitlub jikkonferma jekk kienx hemm xi splussiv ieħor fiż-żona huwa qal li le. Qal ukoll li nhar is-6 ta’ Diċembru mar fi triq oħra l-Mosta sabiex jaraw jekk kienx hemm xi splussiv f’ garaxx fil-viċinanzi.

10:00 – Fuq il-pedana tax-xhieda tela’ l-Eks Spettur Alexander Miruzzi li kkonferma sentenza fil-konfront ta’ Vince Muscat il-Koħħu dwar sentenza mogħtija fil-passat dwar każ ta’ mportazzjoni ta’ għasafar.Aqra aktar

Jason Azzopardi allegatament ifixkel l-investigazzjonijiet fil-każ DCG

L-akbar periklu għall-investigazzjonijiet kontinwi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa l-fatt li jekk dak li ġie allegat dwar id-Deputat Nazzjonalista u l-avukat Parte Civile Jason Azzopardi jirriżulta li hu veru, jiġifieir li qed jiltaqa’ mall-maġistrat inkwirenti Anthony Vella barra mill-awla ta-qorti. 

Stqarrew dan ma’ ONE News sorsi qrib l-investigazzjonijiet b’ rabta ma’ dan il-każ, li komplew issostnu li dan jista’ jkollu riperkussjonijiet serji u kbar fuq il-każ li għadu miftuħ u lill-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit il-possibilta’ ta’ involviment ta’ terzi persuni u l-mottiv wara l-qtil. 

Imkejjen oħra qalu ma’ One News li l-avukat Jason Azzopardi jista’ jkollu ukoll konflitt ta’ nteress kbir meta huwa qed jidher bhala wiehed mill-avukati parte’ civile fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’  Daphne Caruana Galizia fl-istess hin huwa deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.  Aqra aktar

AĠĠORNAT: tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ DCG

Kompliet tinstema’  l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Wara li fl-aħħar seduta xehdu esperti tal-Europol u l-FBI, illum qed tkompli x-xhieda aktar esperti barranin.

12:05

Fl-Awla daħlu t-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – l-aħwa Alfred u George Degorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż flimkien ma’ Vince Muscat il-Koħħu.

L-avukat Martin Fenech għad-difiża oġezzjona għad-diversi aħbarijiet li ħarġu fil-‘media’ fosthom dwar jekk il-bomba ġietx immanifatturata hawn Malta, jew inkella barra u kif dawn kwotaw sorsi qrib il-Pulizija.

Il-Maġistrat qalet li jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-aħbarijiet din għandha ssir lill-Kummissarju tal-Pulizija u mhux quddiem il-Qorti.

12:10

Fuq il-pedana tax-xhieda tela’ l-Perit Richard Aquilina li ppreżenta wkoll il-pjanti taż-żona fejn instabet il-loqma tas-sigarett li rriżulta li kien ta’ Alfred Degorgio l-Fulu.

Telgħet tixhed ukoll Charlene Abela, li qalet li għall-ħabta tat-2:55pm kienet għaddejja mill-Bidnija u rat l-isplużjoni sseħħ quddiemha.

Imbikkma hija qalet li mal-ewwel splużjoni l-karozza baqgħet għaddejja u daħlet ġo l-għalqa, fejn minnufih hija rrappurtat il-każ lill-Pulizija tal-Mosta.

Għall-mistoqsijiet tal-Ispettur Keith Arnaud li qed imexxi l-prosekuzzjoni flimkien mall-Ispettur Kurt Zahra hija qalet li kienet metri ‘l bogħod mill-karozza.

Għal bidu hija ħasbet li splodiet il-magna tal-karozza u waqfet zopptu mal-isplużjoni.

12:20

Il-Kuntistabbli Sharon Azzopardi, issa telgħet tixhed fejn qalet li nhar l-4 ta’ Diċembru hija kellha struzzjoni li tgħasses ir-residenza ta’ Alfred Degorgio mis-6am ‘l quddiem.

12:25

Tela issa s-Surġent Mula, bl-Ispettur Keith Arnaud jurih għadd ta’ ritratti, fejn qal li għaraf żewġ ritratti li ħa hu meta wasal fuq il-post fil-Bidnija, fejn sostna li kien wieħed mill-ewwel nies li wasal fuq ix-xena tar-reat.

Dawn ir-ritratti ttieħdu bil-mobile personali tiegħu li llum inkisser, fejn din kienet prassi li jieħdu ritratt mall-ewwel x’ ħin jaslu fuq il-post.

12:30

L-Espert tal-Qorti Keith Cutajar reġa tela jixhed fuq il-pedana, fejn qal li bħalissa qed jerġa jiprova jelava l-filmati mill-SD Card tal-Forzi Armati li mhux qed taħdem u li fuqha hemm maħżuna l-filmati ta’ parti mill-operazzjoni tal-4 ta’ Diċembru li għadda.

Huwa qal li din il-card mhu qed turi l-ebda sinjal li din qed tiffunzjona, iżda qal lill-Europol għandha xi proċessi li jistgħu jsiru, fosthom li tiżżarma l-‘Card’, iżda qal lill-apparat tal-EUROPOL mhux qed jaħdem l-anqas bħalissa.

Qal li permezz ta’ dan il-proċess, is-suċċess lill-filmati jiġu elevati huwa ta’ 40%, filwaqt lill-probabilita’ ta’ 60% hija li dawn jintilfu darba għal dejjem.

Huwa qal li fost l-affarijiet li setgħu imorru ħażin biex din il-card ġiet ‘corrupted’ huma varji.

Fil-Qorti qamet id-diskussjoni dwar jekk il-card għandiex tittieħed għand il-EUROPOL sabiex eventwalment jiġu elevati l-filmati, iżda permezz ta’ dan il-proċess din il-card tinqered.

L-Ispettur Keith Arnaud qal lill-EUROPOL waslu biex itemmu r-rapport tagħhom.

Dwar l-elevazzjoni tal-filmati minn din l-SD Card, id-difiża mistennija tagħti risposta sal-4 ta’ Lulju.

12:50

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet lit-talba għall-ħelsien mill-arrest għadda pendenti.

Il-Qorti ser tkun qed tagħti d-digriet tagħha wara s-seduta tal-4 ta’ Lulju hekk kif id-difiża għadha ma rċevietx ir-risposta tal-Avukat Ġenerali.

Is-seduta ġiet aġġornata għal nhar l-4 ta’ Lulju fid-9:30am.

Send this to a friend