dcg – Page 5 – One News

Notifiki

KAŻ DCG: JIBDA JIXHED PETER CARUANA GALIZIA

14:43 – Peter Caruana Galizia temm ix-xhieda tiegħu.

Il-Kumpilazzjoni ġiet aġġornata għal għada fl-10:00am.

14:32 – Dr. Peter Caruana Galizia qal li dak in-nhar tal-Ispluzjoni hija kella appuntament l-HSBC minħabba xi problemi li kellha f’ xi kontijiet. Filwaqt li c-cheque book ħadietu minħabba li riedet tħallas il-karozza mikrija għandha wara li tlesti mill-appuntament tagħha l-HSBC. 

14:30 – Beda jixhed ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia – Dr. Peter Caruana Galizia.

Huwa qal kif il-Ħadd filgħodu ġeneralment imur dawra bir-rota, meta ġie lura martu maret tixtri l-gazetti u tieħu kafe Palazzo Pariso.

Huma ftehmu li wara l-kafe Peter u Daphne jmorru l-Furjana, filwaqt li Matthew ħa l-karozza ta’ ommu u mar għal rasu.

Il-Karozza tal-vittma hemmhekk kienet ipparkjata fil-Parking tat-Trade Fair tan-Naxxar. Matthew minkejja li kien miftiehem magħhom biex imur il-Furjana, ċemplilom u qallu li mhux sejjer għax mhux qed iħossu tajjeb.

X’ ħin waslu lura d-dar huma ma’ sabu l-ħadd, dan hekk kif Matthew mar jgħum Ta’ Sliema

Nhar id-delitt – Dr. Peter Caruana Galizia qal li ħareġ kmieni mid-dar u l-mara ma’ rahiex. Huwa qal li kien ibnu l-ieħor Andrew li daħal fl-uffiċċju legali ta’ Caruana Galizia u qalu biex imorru l-Bidnija.

X’ħin wasal fuq il-post Caruana Galizia – qal li staqsa lill-Ispettur Kurt Zahra jekk martu kinitx mietet – bl-Ispettur Zahra jwieġbu IVA.

14:18 – Waqt l-interrogazzjoni kien Vince Muscat il-Koħħu li ma’ aċċettax li jittiħidlu d-DNA, dan hekk kif l-aħwa Degiorgio aċċettaw.

Vince Muscat il-Koħħu ta d-dettalji tiegħu u ma tkellem xejn iżjed, Alfred Degiorgio wieġeb biss – li mhux se jwieġeb, filwaqt li George ċ-Ċiniż lanqas fetaħ ħalqu biex jagħti d-dettalji tiegħu, fejn huwa ppreżenta biss il-karta tal-identita’.

14:10 – Il-Pulizija kellmet ukoll persuna ta’ sess feminili li wkoll rat l-isplużjoni sseħħ quddiem għajnejha. L-Ispettur Zahra qal li ġew mitkellma wkoll in-nies li rrappurtaw fuq il-112 l-isplużjoni, fosthom persuna li kienet niezla mill-Mosta għal Burmarrad – fejn skont l-arloġġ tar-raġel il-ħin kienu 2:57pm.Aqra aktar

Il-Gvern sorpriż b’allegazzjonijiet dwar il-qtil ta’ DCG

Il-Gvern Malti jinsab sorpriż u jikkundanna “Parir Urġenti” li għamlet kumpanija tal-avukati Ingliża li qed tinsinwa li l-Istat kien involut fil-qtil brutali tal-blogger, Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern jistqarr li dawn l-allegazzjonijet huma bbażati biss fuq informazzjoni provduta mill-klijenti tagħhom.

Aqra aktar

Pittella: L-agħar ħaġa li nistrumentalizzaw xi ħaġa drammatika

Il-President tal-Grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew qal li l-agħar ħaġa li wieħed jista’ jagħmel wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hi li jistrumentalizza xi ħaġa drammatika. F’konferenza tal-aħbarijiet Pittella wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u qal li l-marka tal-gvern Malti hi dik ta’ trasparenza fejn jaċċetta kull verifika. “Iktar u iktar meta l-gvern Malti wera b’mod immedjat ix-xewqa li jkun hemm investigazzjoni internazzjonali fuq l-umiċidju,” qal Pittella li kien hawn li saħaq li xi ħaġa drammatika fejn inqatlet persuna m’għandiex tkun strumentalizzata. “Min qed jaħseb li jagħmel hekk ngħidlu jieqaf. Ejja nkomplu bl-investigazzjoni u ma nieqfux,” qal Pitella li wissa kontra min irid jagħmel kalkoli politiċi. “X’għandu x’jaqsam Muscat? Irridu l-verità,” tenna Pittella.”

Aqra aktar

JGĦID LI BOMBI “NEQSIN” MINN GARAXX JAF INTUŻAW FIL-QTIL TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA

Wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil ta’ Matthew Zahra f’Awwissu ta’ ħames snin ilu, allega fil-Qorti li kien hemm splussivi neqsin fil-garaxx tal-vittma; li jista’ jkun li ntużaw fil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Jason Galea – ta’ wieħed u erbgħin sena minn Birżebbuġa, u Ronald Urry – ta’ disgħa u erbgħin sena minn Raħal Ġdid, jinsabu mixlija li f’Awwissu tal-elfejn u tnax, sparaw u qatlu lix-xufier tat-taxi Matthew Zahra. Galea kien qal li l-vittma kien qed jheddu b’ritratt li kien se jkissirlu ż-żwieġ.Aqra aktar

DCG għenet fit-tkaxkira tal-PN

It-tmexxija inkompetenti tal-Partit Nazzjonalista ħalliet lil Daphne Caruana Galizia, tmexxi lil Simon Busuttil minn imnieħru, dritt għal tkaxkira oħra.

F’ analiżi dwar ir-riżultat elettorali, l-opinjonis Martin Scicluna kiteb bla tlaqlieq kif il-Partit Nazzjonalista, mhux talli ma tgħallimx mill-iżbalji tal-2013, iżda ta iktar arja lil dik li s’issa kienet kaġun ewlenija ta’ żewġ telfiet kbar.

Aqra aktar

Salvu Mallia: “Joseph Muscat huwa qurdiena”

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia, qal lill-ftit persuni li nġabru taħt it-tinda tal-Partit Nazzjonalista, f’Bormla, li ftit li xejn kellu ġdid xi jgħidilhom.

Għal darb oħra, il-ftit li kellu xi jgħidilhom kien kliem ikkulurit fil-konfront tal-Prim Ministru. Tant li qabbel lil Joseph Muscat ma’ qurdiena. Dan wara li kien diġà qal li Joseph Muscat hu l-agħar ħaġa minn żmien il-pesta l’hawn u qal li hu dittatur.

“M’għandi xejn ġdid x’ngħidilkom. Għax minix is-saħħara tal-Bidnija. Għax minix Daphne Caruana Galizia,” kien beda Salvu Mallia li kellu kliem ta’ tifħir għal Caruana Galizia.

“Il-pajjiż għandu jkun grat lejha,”  qal Salvu Mallia.

Il-Kap tat-Taskforce taċ-CHOGM tiftaħ libell kontra DCG

Fi stqarrija l-Kap tat-Taskforce taċ-CHOGM, Phyllis Muscat, qalet li se tkun qed tibda proceduri ta’ libell kontra l-blogger Daphne Caruana Galizia.

L-istqarrija tgħid li b’segwitu tal-artiklu malafamanti u totalment qarrieqi, miktub minn Caruana Galizia bit-titlu “CHOGM 2015 task force led by PM’s friend Phyllis Muscat asked hotels for kickbacks on delegate bookings”, Muscat se tkun qed tibda proceduri ta’ libell kontra l-istess blogger.

Hi qalet li l-allegazzjoni li hi talbet xi hlas illecitu (kickback), meta kienet qed tmexxi c-CHOGM 2015; hija allegazzjoniji falza u malafamanti bil-għan li tagħmlilha ħsara lir-reputazzjoni tagħha, kif ukoll biex tħassar il-mod kif il-poplu jħares lejn ir-riżultati tajbin li nkisbu mic-CHOGM 2015.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Saviour Balzan jieħu passi; jgħid li Vodafone u GO xerrdulu dettalji personali

  • VODAFONE MALTA TIRREAĠIXXI: tgħid li diġà bdiet investigazzjoni interna u li se tkun qed tikkopera mal-awtoritajiet

L-Editur Maniġerjali tal-ġurnal MaltaToday, Saviour Balzan, ressaq ilment bl-avukat mal-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Vodafone u GO, fejn qed jitlob li ssir investigazzjoni dwar il-ksur ta’ informazzjoni personali li ħarġet mill-kumpaniji tagħhom minn sors intern, dan sabiex jiġi stabbilit is-sors ta’ dan il-ksur.

Dettalji ta’ telefonati li għamel Balzan ġew żvelati fil-blog ta’ Daphne Caruana Galizia, li ġie ppubblikat fil-Malta Independent. Fejn hi rreferit għal dawn it-telefonati bejn Balzan u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Aqra aktar

Send this to a friend