dcg – Page 4 – One News

Notifiki

Jason Azzopardi allegatament ifixkel l-investigazzjonijiet fil-każ DCG

L-akbar periklu għall-investigazzjonijiet kontinwi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa l-fatt li jekk dak li ġie allegat dwar id-Deputat Nazzjonalista u l-avukat Parte Civile Jason Azzopardi jirriżulta li hu veru, jiġifieir li qed jiltaqa’ mall-maġistrat inkwirenti Anthony Vella barra mill-awla ta-qorti. 

Stqarrew dan ma’ ONE News sorsi qrib l-investigazzjonijiet b’ rabta ma’ dan il-każ, li komplew issostnu li dan jista’ jkollu riperkussjonijiet serji u kbar fuq il-każ li għadu miftuħ u lill-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit il-possibilta’ ta’ involviment ta’ terzi persuni u l-mottiv wara l-qtil. 

Imkejjen oħra qalu ma’ One News li l-avukat Jason Azzopardi jista’ jkollu ukoll konflitt ta’ nteress kbir meta huwa qed jidher bhala wiehed mill-avukati parte’ civile fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’  Daphne Caruana Galizia fl-istess hin huwa deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.  Aqra aktar

AĠĠORNAT: tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ DCG

Kompliet tinstema’  l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Wara li fl-aħħar seduta xehdu esperti tal-Europol u l-FBI, illum qed tkompli x-xhieda aktar esperti barranin.

12:05

Fl-Awla daħlu t-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – l-aħwa Alfred u George Degorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż flimkien ma’ Vince Muscat il-Koħħu.

L-avukat Martin Fenech għad-difiża oġezzjona għad-diversi aħbarijiet li ħarġu fil-‘media’ fosthom dwar jekk il-bomba ġietx immanifatturata hawn Malta, jew inkella barra u kif dawn kwotaw sorsi qrib il-Pulizija.

Il-Maġistrat qalet li jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-aħbarijiet din għandha ssir lill-Kummissarju tal-Pulizija u mhux quddiem il-Qorti.

12:10

Fuq il-pedana tax-xhieda tela’ l-Perit Richard Aquilina li ppreżenta wkoll il-pjanti taż-żona fejn instabet il-loqma tas-sigarett li rriżulta li kien ta’ Alfred Degorgio l-Fulu.

Telgħet tixhed ukoll Charlene Abela, li qalet li għall-ħabta tat-2:55pm kienet għaddejja mill-Bidnija u rat l-isplużjoni sseħħ quddiemha.

Imbikkma hija qalet li mal-ewwel splużjoni l-karozza baqgħet għaddejja u daħlet ġo l-għalqa, fejn minnufih hija rrappurtat il-każ lill-Pulizija tal-Mosta.

Għall-mistoqsijiet tal-Ispettur Keith Arnaud li qed imexxi l-prosekuzzjoni flimkien mall-Ispettur Kurt Zahra hija qalet li kienet metri ‘l bogħod mill-karozza.

Għal bidu hija ħasbet li splodiet il-magna tal-karozza u waqfet zopptu mal-isplużjoni.

12:20

Il-Kuntistabbli Sharon Azzopardi, issa telgħet tixhed fejn qalet li nhar l-4 ta’ Diċembru hija kellha struzzjoni li tgħasses ir-residenza ta’ Alfred Degorgio mis-6am ‘l quddiem.

12:25

Tela issa s-Surġent Mula, bl-Ispettur Keith Arnaud jurih għadd ta’ ritratti, fejn qal li għaraf żewġ ritratti li ħa hu meta wasal fuq il-post fil-Bidnija, fejn sostna li kien wieħed mill-ewwel nies li wasal fuq ix-xena tar-reat.

Dawn ir-ritratti ttieħdu bil-mobile personali tiegħu li llum inkisser, fejn din kienet prassi li jieħdu ritratt mall-ewwel x’ ħin jaslu fuq il-post.

12:30

L-Espert tal-Qorti Keith Cutajar reġa tela jixhed fuq il-pedana, fejn qal li bħalissa qed jerġa jiprova jelava l-filmati mill-SD Card tal-Forzi Armati li mhux qed taħdem u li fuqha hemm maħżuna l-filmati ta’ parti mill-operazzjoni tal-4 ta’ Diċembru li għadda.

Huwa qal li din il-card mhu qed turi l-ebda sinjal li din qed tiffunzjona, iżda qal lill-Europol għandha xi proċessi li jistgħu jsiru, fosthom li tiżżarma l-‘Card’, iżda qal lill-apparat tal-EUROPOL mhux qed jaħdem l-anqas bħalissa.

Qal li permezz ta’ dan il-proċess, is-suċċess lill-filmati jiġu elevati huwa ta’ 40%, filwaqt lill-probabilita’ ta’ 60% hija li dawn jintilfu darba għal dejjem.

Huwa qal li fost l-affarijiet li setgħu imorru ħażin biex din il-card ġiet ‘corrupted’ huma varji.

Fil-Qorti qamet id-diskussjoni dwar jekk il-card għandiex tittieħed għand il-EUROPOL sabiex eventwalment jiġu elevati l-filmati, iżda permezz ta’ dan il-proċess din il-card tinqered.

L-Ispettur Keith Arnaud qal lill-EUROPOL waslu biex itemmu r-rapport tagħhom.

Dwar l-elevazzjoni tal-filmati minn din l-SD Card, id-difiża mistennija tagħti risposta sal-4 ta’ Lulju.

12:50

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet lit-talba għall-ħelsien mill-arrest għadda pendenti.

Il-Qorti ser tkun qed tagħti d-digriet tagħha wara s-seduta tal-4 ta’ Lulju hekk kif id-difiża għadha ma rċevietx ir-risposta tal-Avukat Ġenerali.

Is-seduta ġiet aġġornata għal nhar l-4 ta’ Lulju fid-9:30am.

Il-Laptop ta’ DCG għadu ma ngħatax lill-inkjesta

“M’ HEMM L-EBDA DUBJU LI DAPHNE INQATLET MINĦABBA RAĠUNI POLITIKA ISSA XOGĦOLNA HU LI NIBQGĦU NISSIELTU NISTINKAW BIEX TOĦROĠ IL-VERA VERITA”

Minkejja din id-dikjarazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li qed jidher bħala parte civile għall-Familja Caruana Galizia – il-laptop tal-vittma għadu m’għaddiex f’idejn il-maġistrat inkwirenti Anthony Vella.

Aqra aktar

Evidenza waqt l-arrest tgiddeb lil Jason Azzopardi

Iċ-ċirkostanzi u l-evidenza li instabu fit-tinda tal-patata fil-Menqa l-Marsa fejn it-tliet suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġew arrestati, turi biċ-ċar illi sa sekondi qabel ma’ waslu l-Forzi ta’ l-Ordni fuq il-post, is-suspettati kienu fil-pussess ta’ din evidenza kruċjali u relatata mal-qtil tal-blogger u li b’mod istantanju huma ippruvaw jarmu u jahbu l-istess evidenza hekk kif raw lill-Pulizija quddiemhom nhar l-4 ta’ Diċembru.

Aqra aktar

Mistoqsijiet mhux imwieġba dwar il-laptop ta’ DCG

Il-MaltaToday żvelat dalgħodu li l-pulizija kienu talbu lill-Maġistrat Inkwirenti biex jiġbor il-laptop li kienet tuża Daphne Caruana Galizia. Iżda, mhux magħruf jekk dan inġabarx bil-Maġistrat jgħid li ma jistax jikkummenta meta mistoqsi jekk talabx il-laptop lill-familja ta’ Caruana Galizia. “Ma nistax inwieġeb għax l-investigazzjoni min-naħa tiegħi għadha pendenti,” qal il-Maġistrat Anthony Vella. Jirriżulta li l-pulizija ilhom li għamlu t-talba tagħhom.

Aqra aktar

Għażla konxja u provokattiva

Meta dalgħodu twaħħlu għadd ta’ banners u billboards madwar il-pajjiż, minn dawk li jsejjħu lilhom innifushom soċjetà ċivili u occupy justice, kien hemm min staqsa x’kien li banner kbir twaħħal f’żona tal-Belt li minnha ma jgħaddux il-persuni u karozzi li jgħaddu minn bnadi oħra.

Iżda, one.com.mt jista’ jiżvela minn tagħrif li kiseb minn persuna qrib dan il-grupp li din kienet għażla studjata.

Jirriżulta li fil-madwar jgħixu persuni li nhar it-Tnejn kienu l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt jargumentaw li l-monument tal-Assejdu l-Kbir għandu jmur lura għall-istat li kien qabel tpoġġa r-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia fjuri kif ukoll xemgħat.

Jidher li Beltin magħrufa, li kienu għal din il-laqgħa jargumentaw il-kontra, taw il-parir li dan il-banner għandu jitwaħħal f’din iż-żona biex idejjaq lil dawk li ma riedux jgħaddu minn Triq ir-Repubblika u jaraw il-monument kif inhu llum.

B’hekk minn tagħrif li ksibna jirriżulta li din kienet għażla konxja u provokattiva fl-istess jum li l-istess persuni ftehmu li jinġabru l-Belt quddiem il-monument.

Send this to a friend