Tibda l-kumpilazzjoni tal-aħwa tal-Maksar, Vella u Degiorgio

09:45 – Il-Maġistrat Nadine Lia pposponiet il-kawża sakemm tieħu deċiżjoni għal dawn it-talbiet.

L-avukat William Cuschieri li qed jidher għal George Degiorgo qal li t-talba li għamlet il-prosekuzzjoni u l-avukat parte civile ma jagħmlu l-ebda differenza għal Degiorgio hekk kif f’dawn il-proċeduri huwa qed jitressaq b’rabta mal-każ ta’ Carmel Chircop. Fakkar ukoll kif Degiorgio diġá qed jaffaċċja akkużi b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia quddiem Qorti oħra.

09:30 – Jason Azzopardi, li qed jidher bħala parte civile għall-familja Caruana Galizia għamel talba lill-Qorti sabiex l-Maġistrat Nadine Lia tirrikuża ruħha milli tippresjedi din il-kumpilazzjoni. Huwa stqarr li għamel dan mhux għax hemm riflessjoni fuq l-integritá personali tal-Maġistrat Lia madankollu għamel dan b’rabta ma’ digriet li għamlet l-istess Maġistrat fl-2019 fil-kawża tal-Pulizija kontra Yorgen Fenech u f’numru ta’ kawżi oħra.

09:25 – Għal George Degiorgio kellu jidher l-avukat William Cuschieri. Jamie Vella baqa’ ma tressaqx il-Qorti minħabba li għadu pożittiv għall-COVID-19. Dan intqal f’ċertifikat mediku li ġie ppreżentat lill-Qorti mill-Kurunell Alex Dalli. Iċ-ċertifikat qal li r-raġel baqalu sal-11 ta’ Marzu 2021 taħt kwarantina mandatorja.

Aktar Qabel: Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, il-Ġimgħa filgħodu mistennija tibda l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala tal-Maksar kif ukoll George Degiorgio li kollha qed jiġu akkużati li kienu involuti fl-omiċidji tal-avukat Carmel Chircop u dak ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa” – il-PM dwar l-aħħar żviluppi

Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa.

Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza l-Ħamis filgħodu wara li erba’ persuni tressqu l-Qorti fis-sigħat li għaddew b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.

“Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa.”

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Iwieġbu mhux ħatja u jibqgħu jinżammu arrestati wara li ġew mixlija bil-qtil ta’ DCG u Carmel Chircop

Erba’ persuni, l-aħwa Adrian u Robert Agius tal-Maksar u Jamie Vella u George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż ttieħdu l-ħabs wara li tressqu l-Qorti mixlija b’żewġ omiċidji, dak ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop. F’awla 22 fil-Qorti ta’ Malta tressqu l-erba’ persuni tard l-Erbgħa filgħaxija taħt sigurtà stretta. Huma ċaħdu l-akkużi, b’Degiorgio għażel li ma jwieġeb għall-ebda domanda. Il-persuni mressqa baqgħu jinżammu arrestati.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, Adrian Agius ġie mixli li huwa l-mandant fil-qtil ta’ Carmel Chircop. Dan filwaqt li Jamie Vella u George Degiorgio ċ-Ċiniż ġew mixlija li huma l-eżekuturi fil-qtil tal-Avukat Chircop.

Robert Agius u Jamie Vella ġew mixlija wkoll li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Caruana Galizia. L-aħwa Agius ġew mixlija b’atti kriminali oħra fosthom pussess tad-droga. Degiorgio u Vella ġew mixlija b’pussess ta’ armi tan-nar mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Jamie Vella kien il-persuna nfettat bil-Covid-19 u tressaq il-Qorti f’awla mdaqqsa u bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont il-parir tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Fil-fatt inġab permess speċjali biex Vella tressaq il-Qorti biex jaffaċċja l-akkużi. George Degiorgio nġab mill-ħabs u dan diġà huwa meqjus bħala wieħed mill-allegat eżekuturi fil-qtil ta’ Caruana Galizia hekk kif qed jaffaċċja l-akkużi fil-Qorti dwar il-qtil li seħħ fl-2017.

L-omiċidju ta’ Chircop seħħ f’Ottubru ta’ sitt snin ilu u dan kien instab maqtul f’kumpless tal-garaxxijiet f’Birkirkara kmieni filgħodu tat-8 ta’ Ottubru tal-2015. Dakinhar id-delitt seħħ hekk kif il-vittma kien ħiereġ għax-xogħol. L-Avukat Chircop kien inqatel b’erba’ tiri sparati b’arma tan-nar.

L-Avukati Alfred Abela u Rene’ Darmanin dehru għall-aħwa Robert u Adrian Agius u Jamie Vella filwaqt li Dr William Cuschieri deher għal George Degiorgio. Dr George Camilleri rrappreżenta l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Prosekuzzjoni kienet mmexxija mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispetturi Shaun Pawney u Wayne Camilleri.

 

KONTINWAMENT AĠĠORNAT: L-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella jwieġbu mhux ħatja – Degiorgio ma jwieġeb xejn

23:21 – Jibdew il-preparamenti biex l-akkużati jittieħdu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

23:16 – George Degiorgio ma wieġeb għall-ebda domanda li kienet qed issirlu fl-eżami. Huwa ġie akkużat li qatel lill-Avukat Chircop.

23:15 – Il-Prosekuzzjoni talbet sabiex ikun hemm ordni tal-iffriżar tal-assi, bil-Qorti tilqa’ din it-talba.

23:11- Jamie Vella ta’ 37 sena u li tressaq il-Qorti waqt li huwa pożittiv għall-Covid-19 ukoll wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih b’rabta mal-qtil ta’ Carmel Chircop. Huwa ċaħad ukoll li ssupplixxa l-bomba li ntużat fid-delitt ta’ Caruana Galizia fost akkużi oħra. F’dan l-istadju ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

23:10 – Adrian Agius wieġeb mhux ħati li huwa l-mandant fil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop filwaqt li Robert Agius ċaħad li ssupplixxa l-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Caruana Galizia. Huwa ċaħad akkużi kriminali oħra.

23:03 – L-Avukat Alfred Abela u Rene’ Darmanin qed jidhru għall-aħwa Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar u Jamie Vella filwaqt li Dr Cuschieri qed jidher għal George Degiorgio. Dr George Camilleri qed jirrappreżenta l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-Prosekuzzjoni hija mmexija wkoll mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispetturi Shaun Pawney u Wayne Camilleri.

22:52 – Wieħed mill-akkużati George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż deher iqum u jitkellem mal-avukat tiegħu. Is-seduta għadha ma bdietx.

22:45 – Bħalissa fl-awla daħlu l-erba’ akkużati u l-awla bdiet timtela’. Fost l-oħrajn daħlu s-Supretendent Keith Arnaud, avukati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-avukati tal-parte civile u qraba ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

Send this to a friend