db – One News

Notifiki

Aċċetta r-rigal ta’ Tel Aviv fl-istess żmien li l-PN kien kritikat fuq id-DB

Fl-istess xahar li l-Partit Nazzjonalista inkixef li kien ħa flus m’għand il-grupp DB biex iħallas il-pagi, id-Deputat Jason Azzopardi aċċetta rigal mingħand il-grupp ta’ Yorgen Fenech u tħallsitlu kamra f’lukanda lussuża f’Tel Aviv.Aqra aktar

Il-Proġett tas-City Centre għadu sproporzjonat iżda saru emendi tajbin – il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke

Il-kunsill lokali ta’ Pembroke għadu jemmen li l-iżvilupp tad-DB City Centre li huwa propost li jsir fis-sit tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’din il-lokalità għadu sproporzjonat meta mqabbel mal-madwar u l-kumplament tal-lokalità.

Dan minkejja li l-kunsill innota l-emendi li saru fil-proposti fosthom: iż-żieda tal-ispazju pubbliku b’40%, tnaqqis fl-għoli tat-torri u d-distanza li nfetħet bejn it-torri u l-lukanda llum ifissru li d-dell li jikkawża f’xi ħinijiet. Aqra aktar

Reviżjonijiet sostanzjali fl-iżvilupp tas-sit tal-ITS

L-iżvilupp propost fl-eks sit tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ħa bidla oħra hekk kif il-grupp DB ressaq reviżjonijiet sostanzjali fil-pjan tiegħu għal proġett tad-DB City Centre.

Il-proġett kien tħabbar fl-2017 f’dak li kien imsejjaħ bħala l-ikbar investiment Malti fl-istorja ta’ pajjiżna, iżda kien qajjem oġġezzjonijiet kbar minn għaqdiet u residenti tal-lokalitajiet tal-madwar. Aqra aktar

ARA: Simon Busuttil ma jilqax l-isfida tal-Grupp db

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalist Simon Busuttil ma laqax l-isfida li għamillu ġimgħat ilu l-Grupp db biex imur jagħrbel il-kuntratt tat-trasferiment tal-art tal-ITS f’San Ġiljan.

Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp DB Arthur Gauci wieġeb għad-dikjarazzjoni li għamel it-Tnejn fil-Parlament Busuttil meta qal li trasferiment ta’ dak li kien is-sit tal-ITS lill-Grupp db għandu jiġi investigat.Aqra aktar

Aġġornat bil-filmat: Il-PA tapprova l-proġett tad-DB f’Pembroke

B’10 voti favur u 4 kontra, il-bord tal-Awtorita tal-Ippjanar approva l-proġett tad-DB Group fuq l-art tal-ITS f’Pembroke li jinkludi binja ta’ tmienja u tletin sular u lukanda ta’ 17-il sular.

Il-proġett ġie approvat fi tmiem laqgħa pubblika li saret fil-Liceo tal-Ħamrun li għaliha attendew madwar mitejn u sittin ruħ fosthom residenti ta’ Pembroke u konsulenti tal-proġett.

Il-Periti Jesmond Mugliett u Daren Sciberras qalu li l-proġett hu maqsum fi tliet partijiet u mhux se jbiddel it-toroq tal-madwar. Żiedu li l-faċċata tal-ITS se tinżamm u se tiġi amalgamata mal-proġett.Aqra aktar

ĦALLIEL, KORROTT JEW IT-TNEJN!?

Għandi mistoqsija li nixtieq nagħmilha lill-Imħallfin kollha, lill-Maġistrati kollha, u lill-avukati kollha.  Ovvjament ma nistennix tweġiba mill-Imħallfin, u lanqas mill-Maġistrati, għax dawn m’għandhomx jidħlu f’xi polemika, għalkemm hawn min ma jiddejjaq xejn jistedinhom jidħlu, sakemm, ovvjament, ikun jaqbel lilu.  Imma nistenna tweġiba mill-avukati.  Hu x’inhu l-kulur politiku tagħhom.  U, ovvjament, anke mingħand dawk l-avukati li m’għandhomx kulur politiku.  Għax jien m’inhix Simon Busuttil u nemmen li jew għandek wiċċek ‘blu’ jew wiċċek ‘aħmar’.

Aqra aktar

Id-db Group iħallsu l-pagi ta’ Rosette Thake u Brian St John

Tard illejla l-grupp DB, li se jinvesti fuq is-sit tal-ITS ireaġixxa, għal diskors ta’ Simon Busuttil waqt maratona ġbira ta’ fondi iktar kmieni llum u żvela għall-ewwel darba li wara li Simon Busuttil sar Kap tal-Partit Nazzjonalista l-grupp kien qed iħallas is-salarji tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Brian St John. 

Fi stqarrija, l-grupp ikkonferma li wara l-attakk fuqhom li sar dalgħodu kitbu lil Simon Busuttil u qallu li qed jitolbu laqgħa urġenti miegħu biex il-Partit Nazzjonalista irodd lura dak kollu li l-grupp  ġie mitlub iħallas matul iż-żmien. Qalu li huma qatt ma talbu pjaċiri mill-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

L-investituri db iwieġbu lil Busuttil – “ħerqana biex toħrog il-verità”

Il-Grupp db aċċetta mingħajr problemi li l-kuntratt iffirmat mal-Gvern ta’  Malta fuq l-art tal-ITS fil-bajja ta’ San Ġorġ ikun skrutinizzatat mill-Awditur Ġenerali.

“Ħadd aktar minnha m’hu ħerqan li toħroġ il-verità dwar din il-kwistjoni” qal il-grupp fi stqarrija.

Busuttil qed jallega li l-bejgħ sar għal prezz baxx. Iżda l-grupp kien ċar kemm fit-tweġiba tiegħu u kemm fil-ħeffa li biha aċċetta l-isfida ta’ Busuttil.

Huwa ċar għal dawk kollha li għandhom id-deċenza jisimhu, sostna l-grupp, li nnota li għall-ewwel darba fl-itsorja, il-prezz ta’ art pubblika mhix determinata mill-partijiet li qed jineggozjaw imma minn ditta tal-awdituri indipendenti u ta’ fama internazzjoali.

Aqra aktar

Send this to a friend