David Casa – One News

Notifiki

David Casa jitkellem kontra Delia fil-Qorti

L-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa għażel li jiftaħ attakk ieħor fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, waqt li kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Casa huwa wieħed mid-dsatax-il deputat li sfiduċja lil Adrian Delia fil-laqgħa tal-grupp parlamentari.

Aqra aktar

Jitlob investigazzjoni dwar li Yorgen Fenech ta flus lill-PN biex Casa ma jitlax

Id-Deputat Nazzjonalista David Thake qed jitlob il-pulizija biex tinvestiga dak li jista’ jkun att kriminali wara li Melvin Theuma xehed taħt ġurament li Yorgen Fenech qallu li kien offra l-flus lill-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia biex David Casa ma jitlax fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-sena l-oħra.Aqra aktar

Mill-grupp tal-PN: Said urtat b’Mifsud Bonnici

Fost l-argumenti li qamu f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret ilbieraħ reġa’ kien hemm ieħor ma’ Chris Said. Id-Deputat Għawdxi li fl-aħħar ġimgħat kien iebes fi kliemu kontra l-Kap Adrian Delia jidher li kien imwarrab meta l-PN ġie biex jieħu l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emendi fuq il-ħatra tal-Avukat Ġenerali. Saħansitra, Chris Said qal li jħossu mweġġa’ bil-fatt li kien injorat u l-anqas ikkonsultat dwar x’pożizzjoni għandu jieħu l-Partit Nazzjonalista fuq il-bidliet li qed jipproponi l-Gvern.

Fil-fatt, f’isem il-PN fil-Parlament, tkellem fit-tul Carm Mifsud Bonnici, eks Ministru tal-Ġustizzja li llum huwa l-kelliem ewlieni għall-Affarijiet Barranin. Mifusd Bonnici huwa qrib ħafna ta’ Adrian Delia u kien il-bniedem li ġie kkonsultat meta Delia keċċa għal ftit żmien lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari.

Fil-fatt fil-Parlament kien l-istess Mifsud Bonnici li tkellem fit-tul u ħabbar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota kontra minkejja li Chris Said huwa r-rappreżentant tal-PN fuq kumitat għall-bidliet tal-kostituzzjoni.
Dan kien biss battibekk wieħed minn laqgħat li tant kienet taħraq li kellha tiġi aġġoranta għal lum. Bl-aħbar ewlenija tkun li din kienet laqgħa inkonklussiva li li ma waslet għal imkien.

Casa b’ħajr lill-eks Kapijiet, imma mhux lil Delia

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa, injora għalkollox lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

F’filmat li tella’ fuq Facebook wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa kien kostrett jirringrazzja lit-tliet kapijiet preċidenti tal-Partit Nazzjonalista – Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.

Iżda naqas milli jsemmi, u ma kellu l-ebda kliem ta’ ringrazzjament, għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fuq Facebook, Casa reġa’ ta ħajr lil Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Iżda għal darb’oħra naqas milli jagħmel kull referenza għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aktar minn hekk, David Casa faħħar il-ħidma ta’ Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Kiteb li se jwiegħed li se jkompli jonora l-legat tagħhom fil-ħidma tiegħu. Iżda hawn ukoll naqas milli jirrikonoxxi l-ħidma ta’ Adrian Delia. Aqra aktar

Send this to a friend