dar tal-anzjani – One News

Maħżen ġdid għall-apparat kliniku fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa

Wara xhur ta’ ħidma, ġie inawgurat il-maħżen ġdid għall-apparat kliniku fl-Imtarfa se jkun qed jipprovdi l-apparat li għandhom bżonn 23 dar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex. Dan ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis it-Tnejn filgħaxija wara li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista fl-2017.Aqra aktar

“Grazzi tal-ħidma kbira li saret” – Justyne Caruana

B’referenza għall-inċident li seħħ f’Casa San Paolo f’San Pawl il-Baħar, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rringrazzjat il-ħidma kbira li saret, biex l-inċident li fih dar għall-anzjani inħakmet minn nirien, ma kellux konsegwenzi serji.

Is-Segretarju Parlamentari irringrazzjat lit-tmexxija u l-istaff ta’ Casa San Paolo, lill-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Forzi Armati, lit-team mediku, lir-Red Cross, lill-Kappillan Fr Antoine Apap u l-komunità parrokkjali, kif ukoll lill-voluntieri kollha, sidien tal-ħwienet, ġirien u dawk kollha li taw l-assistenza tagħhom f’dan l-inċident.

Aqra aktar

LEJN L-EWWEL DAR TAL-ANZJANI F’GĦAWDEX

Jonqos biss ftit ġimgħat biex tkun lesta l-fażi tal-bini fuq Dar San Ġużepp f’Għajnsielem – l-ewwel dar tal-anzjani tal-Gvern f’Għawdex.

Bix-xogħol ilu għaddej kważi sena, il-Perit Angelo Portelli spjega kif wara li tlesta l-proċess tat-taħmil, beda u issa kważi tlesta x-xogħol fuq il-bini.

Aqra aktar

Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ f’ward għan-nisa fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ tranġar u tisbiħ f’ward għan-nisa fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa. Ward magħrufa bħala high-dependency, iġifieri fejn l-anzjani jkollhom bżonn attenzjoni kontinwa.

Xogħol li involva tibdil mhux żgħir fejn tragaw l-art, is-suffett, kmamar tal-banju, is-sistema ta’ ventilazzjoni u gassijiet mediċi, u oħrajn.

Spiza li laħħqet l-€64,000 eskluż il-pagi fejn ix-xoghol sar kważi kollu minn nies tad-Dipartiment.

Aqra aktar

Send this to a friend