Għada tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront tal-akkużati bil-qtil ta’ DCG

Għada fid-9:30am mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia: Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu u l-aħwa Alfred u George Degorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż.

Fl-aħħar seduta ta’ din il-kumpilazzjoni ġie determinat lill-akkużati jistgħu jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

Il-Gvern sorpriż b’allegazzjonijiet dwar il-qtil ta’ DCG

Il-Gvern Malti jinsab sorpriż u jikkundanna “Parir Urġenti” li għamlet kumpanija tal-avukati Ingliża li qed tinsinwa li l-Istat kien involut fil-qtil brutali tal-blogger, Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern jistqarr li dawn l-allegazzjonijet huma bbażati biss fuq informazzjoni provduta mill-klijenti tagħhom.

Aqra aktar

Partit maqsum ma jista’ jirbaħ qatt

Partititi poltiċi maqsuma ma jistgħu qatt jirbħu elezzjonijiet ġenerali.

Dikjarazzjoni b’saħħitha minn Simon Mercieca, analista politiku u wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-2013, li f’artiklu f’The Malta Indipendent tat-Tnejn, iddikjara b’mod ċar li l-firda fi ħdan il-Partit fl-Oppożizzjoni ħarġet fil-beraħ iktar minn qatt qabel.

Bit-titlu Delia jitħalla waħdu, Mercieca jinnota li l-pożiżżjoni tal-kap Adrian Delia qed tkompli tiddgħajjef fi żmien fejn suppost il-grupp parlamentari Nazzjonalista ngħaqad aktar minn qatt qabel.

Mercieca josserva li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia esponiet il-qasma u d-diżorganizzazjoni interna li teżist, tant li flok partit magħqud qed jispikkaw fazzjonijiet differenti.

Aqra aktar

RCC f’dimostrazzjoni li suppost kellha tkun nazzjonali

F’dik li kellha tkun dimostrazzjoni Nazzjonali, inġabru esponenti tal-Partit Nazzjonalista fosthom Richard Cachia Caruana li uża d-dimostrazzjoni biex jidħak daħka ma’ Fr. Joe Borg. Preżenti ukoll kien hemm l-MEP David Casa li minkejja li mar din id-dimostrazzjoni, fil-Parlament Ewropew ivvota favur emendi li “jagħtu daqqa ta’ ħarta lill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia” kif qalet l-MEP Franċiża Virginie Roziere . Għal din id-dimostrazzjoni li għaliha ma kellux ikun hemm politikanti fuq quddiem, kien hemm ukoll Simon Busuttil, Chris Said, Karol Aquilina u Robert Arrigo fost oħrajn. Kif jidher fir-ritratti għal darb’oħra, il-loġistika ta’ din id-dimostrazzjoni f’Tas-Sliema ħa ħsieba Michael Fenech Adami. Biex dik li suppost kienet protesta nazzjonali inġabru għaliha dawk li jiġbdu l-ispag fi ħdan l-establishment Nazzjonalista li jorkestraw kollox.

Aqra aktar

RaiNews jorbtu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mal-kuntrabandu taż-żejt

Il-ġurnalista Amerikana Ann Marlowe qalet fuq l-istazzjoni awtorevoli Rainews 24 li l-materjal użat biex saret il-bomba li tpoġġiet taħt il-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia, maħsub li kien Semtex, kien ġej mil-Libja, speċifikament mill-port ta’ Zwara. Marlowe kienet propju l-ewwel ġurnalista li fl-2015 tkellmet dwar it-trasport ta’ fjuwil b’kuntrabandu mil-Libja lejn l-Ewropa.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat

L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat juru li għadha kif tneħħiet il-vettura li kienet qed tintuża minn Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif issa ttieħdet biex isiru aktar eżaminazzjonijiet iddettaljati. 
Ix-xena tar-reat għadha waħda ppreservata, bl-investigaturi jwesggħu ż-żona ta’ fejn qed issir l-investigazzjoni fuq iż-żona tal-Maswar.

Aqra aktar

FILMAT: ONE NEWS b’aġġornamenti mill-Bidnija

Bħalissa l-inħawi tad-dar ta’ Daphne Caruana Galizia flimkien maż-żona ta’ fejn sar id-delitt jinsabu ċċirkondati mill-Pulizija, fejn qed iżomm kontroll assolut sabiex tiġi ppriservata x-xena tad-delitt. It-triq tinsab magħluqa minn metri ‘l bogħod mid-dar.

Aqra aktar

X’NAFU SA ISSA DWAR IL-QTIL TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA

Il-blogger Daphne Caruana Galiza nqatlet fi splużjoni ta’ bomba t-Tnejn wara nofsinhar mal-karozza li kienet qed issuq fil-Bidnija. Il-karozza jidher li baqgħet tinstaq għal diversi metri qabel spiċċat f’għalqa qrib ir-residenza tagħha. Jidher li l-bomba tpoġġiet taħt is-seat tax-xufier bil-possibiltà li ħadet b’mezz elettroniku.

Il-qtil tagħha, omm ta’ tlett itfal, ġab il-kundanna tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom tal-Prim Ministru Joseph Muscat li kkundanna bla riservi dan il-qtil brutali li sejjaħlu jum iswed għal-libertà tal-espressjoni.Aqra aktar

Laqgħa li ssejħet bil-moħbi ta’ Debono

Il-bniedem li s-soltu jikkordina l-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ma kienx mgħarraf bil-laqgħa tat-Tnejn filgħaxija, maħsuba biex tiddiskuti l-iżviluppi fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari dawk b’rabta ma’ Adrian Delia, wieħed mill-kandidati.Aqra aktar

Send this to a friend