IKTAR PASSI LEGALI KONTRA CARUANA GALIZIA

F’inqas minn 24 siegħa, minkejja ċ-ċaħda kategorika tal-gideb ippubblikat mill-blogger Daphne Caruana Galizia u d-dikjarazzjoni min-naħa tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona li se jibda passi legali fil-konfront tagħha, hija reġgħet ippubblikat storja oħra mimlija gideb u fittizja dwar fejn kien il-Ministru Cardona lbieraħ waranofsinhar waqt żjara uffiċjali tal-Gvern fil-Ġermanja.

Aqra aktar

“Irridu nwaqqfu din il-VJOLENZA MORALI kontinwa” – Chris Cardona

Waqt intevent fuq One News Breakfast, il-Ministru Chris Cardona qal li se jittieħdu passi legali fil-ġranet li ġejjin fil-konfront tal-istejjer li nkitbu dwaru. Iddeskrivihom bħala “allegazzjonijiet serji u xokkanti”, u l-blogger Daphne Caruana Galizia ddeċidiet tigdeb fuqu f’numru ta’okkażjonijiet imma issa laħqet livell baxx ħafna… tattakka familjari ta’ politiċi , lilhom personalment u saħansitra tgħajjar bil-mard.

Aqra aktar

CARDONA SE JIFTAĦ LIBELL

Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, se jkun qed jieħu passi legali fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia li matul il-jum tellgħet sensiela ta’ artikli b’allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu. Hi kitbet li kien f’burdell il-Ġermanja waqt li kien fuq xogħol uffiċjali tal-gvern.

Aqra aktar

Il-Ministru Cardona jiċħad id-dettalji ta’ blog dwaru

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona, fi stqarrija ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet imxandra fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia dwar post li ffrekwenta waqt żjara uffiċjali tal-Gvern fil-Ġermanja, f’dak li huwa każ ieħor ċar ta’ ‘fake news.’

Din hija biss gidba sfaċċata oħra minn naħa ta’ Caruana Galizia, intiża biss biex tħammeġ l-individwi u tissuġġetthom għall-assasinju tal-karattru, kompliet tgħid l-istqarrija

Aqra aktar

“Ebda reazzjoni” minn Busuttil dwar DCG u De Marco

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li m’għandu ebda reazzjoni għal dak li kitbet Daphne Caruana Galizia fuq il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco.

Caruana Galizia kitbet biex in-nies ma jivvotawx lil dawk li mhux qegħdin jagħtu l-appoġġ kollu lil Simon Busuttil u fost oħrajn semmiet kif Mario De Marco għadu Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista anke jekk fi kliemha ma jurix dan. Dalgħodu staqsew dwar dan il-maltatoday u l-Kap qal biss li “m’għandu reazzjoni.”

Caruana Galizia qalet li vera De Marco kellu mument difficli, iżda skont hi anke Beppe Fenech Adami, li skont kitbitha tgħidx kemm qed jagħmel xogħol tajjeb. Qalet li hemm oħrajn li mhux jappoġġjaw lil Simon Busuttil u dawn għandhom ikunu mgħallqa. “Tivvotawlhomx,” kitbet Caruana Galizia.

Busuttil ikompli ma’ DCG u jippubblika ‘fake news’

Storja fil-faċċata tal-mument li l-Prim Ministru qed ifittex chief of staff ġdid kienet deskritta minn Kastilja bħala ‘fake news’. Il-ħrafa tal-Mument tibni fuq sensiela ta’ artikli tal-blogger Daphne Caruana Galizia, u Simon Busuttil għamilha ċara li jrid jibni fuq il-kitbiet tagħha li fl-aħħar ġimgħat kellhom fil-mira liċ-chief of staff tal-Prim Ministru u invenzjonijiet dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu.
Aqra aktar

Lou Bondi dwar DCG: “Ipokrita”

Infetħet gwerra bejn Lou Bondi u Daphne Caruana Galizia. Kien permezz ta’ Facebook li Bondi żvoga, u qal li Daphne għamlet lilu dak li beża’ li kien se jiġrilha meta l-cameras iffilmjawh f’darha jgħid “tistgħu tgħiduli x’qed jiġri hawn?”

Aqra aktar

Daphne Caruana Galizia tikkordina mal-media internazzjonali

Il-blogger Daphne Caruana Galizia hija fdata mill-Partit Nazzjonalista biex tikkordina hi l-messaġġ tal-partit barra minn pajjiżna.

Dan bħala parti mill-istrateġija maqbula fid-29  ta’ Frar, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li ssir ħsara lill-Gvern u lil Malta b’mod internazzjonali.

F’dinja ddominata mill-internet huwa naturali li aħbar bħal dik tal-mass meeting li sar il-Ħadd li għadda tinqabad minn xi aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.   Aqra aktar

Send this to a friend