Daphne Caruana Galizia – One News

Mill-ġdid miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech

Il-Qorti reġgħet ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dalgħodu, permezz tal-avukati tiegħu, Yorgen Fenech ressaq talba oħra sabiex jingħata l-ħelsien mill-arrest, iżda l-Imħallef Edwina Grima ċaħdet it-talba.

Yorgen Fenech huwa s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech mhux se tibda llum. Mistennija x-xhieda tal-‘middleman’

Il-kumpilazzjoni tan-negozjan Yorgen Fenech mixli li huwa l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mhux mistennija tibda llum. Din il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Lia iżda saru żewġ talbiet biex din tirrikuża ruħha. It-talbiet saru mill-familja Caruana Galizia u anki minn Yorgen Fenech innifsu fejn argumentaw li l-Maġistrat Lia għandha kunflitt ta’ interess. Quddiem dawn it-talbiet għar-rikuża, il-Maġistrat Lia għad trid tagħti deċiżjoni, possibilment illum stess.

Intant illum fil-Qorti mistenni jagħti x-xhieda tiegħu Melvin Theuma, l-allegat ‘middleman’ fil-kumplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma ngħata l-maħfra Presidenzjali bil-kundizzjoni li jippreżenta evidenza li imbagħad tkun ikkoraborata fil-Qorti waqt il-prosekuzzjoni ta’ dak akkużat bħala l-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.

 

Rapporti li kien arrestat il-‘middleman’ fil-każ DCG

Dak li qed jissejjaħ il-‘middleman’ fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jidher li kien arrestat f’operazzjoni li kellha fil-mira tagħha ċirku ta’ ħasil ta’ flus. Issa, qed tirrapporta t-Times of Malta, li dan qed jitlob maħfra presidenzjali biex jgħid min kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia. Qtil li akkużati li wettquh diġà hemm tliet persuni l-Qorti.  Aqra aktar

Send this to a friend