danimarka – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 17-il ajruport li tista’ ttir lejhom minn Malta mill-1 ta’ Lulju

6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.

Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.

Aqra aktar

Miet il-prinċep li dejjem xtaq isir re

Il-Prinċep Henrik tad-Danimarka; raġel tar-Reġina Margerita li kien magħruf li ma kienx kuntent għax qatt ma kellu t-titlu ta’ re, miet fl-età ta’ 83 sena.

L-istil pompuż tiegħu kien kemm maħbub u anke kkritikat mid-Daniżi.

Irrabjat bit-titlu rjali li kellu, lura fis-sena 2017 kien ħabbar li ma jridx jindifen maġenb martu u b’hekk dan ifisser li tradizzjoni ta’ 459 sena li koppji rjali jindifnu ħdejn xulxin, tkissret.

Dan l-aħħar il-Princep Henrik kienet ħakmitu l-marda kerha tad-dimensja.

Deo Debattista preżenti għall-għeluq tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fid-Danimarka

Waqt iċ-ċerimonja li għalqet il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Aarhus d-Danimarka, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsmatur u Valletta 2018 Deo Debattista spjega li waqt din il-mawra fehem l-impatt li dan it-titlu kellu fuq l-identità tal-Belt.

“Aarhus u l-Kapitali Maltija, Valletta, huma l-aqwa eżempju ta’ bliet storiċi b’ruħ moderna. It-tnejn huma l-post fejn isiru l-ikbar avvenimenti kulturali tal-pajjiż li jinkludu festivals b’temi differenti, teatru, u mużika, u t-tnejn huma kontributuri ewlenin lejn is-settur kulturali tal-pajjiż”, qal is-Segretarju Parlamentari.

Debattista nnota wkoll kif riċerka akkademika dwar is-suġġett tgħid li t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura tejbet id-ditta kulturali tal-belt għaliex tenfasizza d-diversità, il-kollaborazzjoni, u fuq kollox, l-iżvilupp tal-komunitajiet.

Il-Belt Valletta se ssegwi lill-belt Daniża fi ftit ġimgħat bit-tema Island-Wide Festa li se tiċċelebra l-Kultura Maltija, bil-Belt Valletta tkun iċ-ċentru ta’ dan kollu.

“Il-Fondazzjoni Valletta 2018 assigurat li l-programm jgħaqqad liċ-ċittadini flimkien biex jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet kulturali, jitgħallmu dwar il-passat tagħna, u fuq kollox nuru t-talent lokali lit-350 artist internazzjonali li se jipparteċipaw. Il-Komunitajiet, l-arti viżiva, il-prestazzjoni, l-Opera, id-disinn, festivals mużikali, u siti ewlenin fil-Belt huma biss uħud mill-pilastri li l-Fondazzjoni ibbażat il-programm kulturali fuqhom”, stqarr Debattista.

Il-Legat huwa aspett kruċjali tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura u għalhekk, il-Gvern u l-Fondazzjoni Valletta 2018 se jwaqqfu Aġenzija għall-Legat Kulturali ta’ Valletta 2018, “biex l-artisti tagħna jibbenefikaw mill-istess opportunitajiet, l-istess spazji għall-prestazzjonijiet, u l-istess parteċipazzjoni mill-udjenza wara l-2018”.

 

Arkitetti Maltin joħolqu padiljun tal-konkrit fid-Danimarka

It-tfajliet Maltin, Lucia Calleja u Katrina Gauci mexxew workshop bl-isem ta’ ‘Current’ fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Assemblea Ewropeja għall-istudenti tal-Arkitettura ġewwa Fredericia, fid-Danimarka.  Dawn it-tfajliet mexxew għoxrin parteċipant minn madwar id-dinja biex flimkien mal-isponsors ħolqu din l-istruttura għall-port tad-Danimarka.Aqra aktar

Send this to a friend