Notifiki

“Investejna fin-negozji wara li għal tant snin huma investew f’pajjiżna” – il-PM

F’intervista mxandra fuq ONE mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u maż-żewġ Deputati Mexxejja Chris Fearne u Daniel Micallef, Dr Robert Abela qal li fl-2020 kien meħtieġ li nkomplu ninvestu fin-nies u fin-negozji.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern ma rraġunax li minħabba pandemija, iċ-ċirkostanzi ma kinux jippermettu u għalhekk ma jitqassamx il-ġid.

Saħaq li bil-kontra, dan il-Gvern ried iwieżen iżjed u investa fin-negozji wara li għal tant snin dawn investew tant f’pajjiżna.

Fl-intervista li għalqet jum twil u impenjattiv għall-Mexxej Laburista, Dr Abela saħaq li matul pandemija n-negozji mhux talli ma keċċewx in-nies minn fuq il-post tax-xogħol, talli kien hemm kumpaniji li saħansitra żiedu l-ħaddiema.

Saħaq li dan ma jfissirx li hemm min għaddej minn sfidi u għalhekk hemm Gvern ta’ spalla.

Il-Prim Ministru qal li sa din il-ġimgħa stess, il-Gvern ħabbar miżuri t’għajnuna għan-negozji u biex ikompli jissaħħaħ il-ħaddiem fosthom permezz ta’ tax credits u anki sussidju fil-kontijiet tad-dawl tan-negozji.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar ir-riformi kbar li għamel pajjiżna, partikolarment f’dawn l-aħħar sittax-il xahar.

Hawnhekk semma kif dan il-Gvern qed ilesti l-pajjiż għall-għaxar snin li ġejjin.

Dr Abela semma wkoll il-programm ta’ residenza ta’ pajjiżna, li ġab biljun u nofs ewro lejn pajjiżna u l-Oppożizzjoni wara li kienet ilha tipprova tkisser dan il-programm, bidlet il-pożizzjoni tagħha dwar dan il-programm ta’ ġid għal Malta.

Intant fl-istess intervista, id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne tkellem dwar il-ħaddiema tas-saħħa u l-programm ta’ tilqim ta’ pajjiżna.

Qal li Malta mhiex f’tellieqa kontra pajjiżi oħra iżda kontra l-virus.

Saħaq iżda li min se joħroġ mill-pandemija l-ewwel se jkollu vantaġġi importanti fosthom li jiftaħ l-ekonomija.

Semma kif pajjiżna qed jaħseb biex itellaq dak magħruf bħala ċ-ċertifikat tal-vaċċin li jiffaċilità l-ivvjaġġar b’mod sigur.

Huwa rrikonoxxa wkoll kif l-ħaddiema tas-saħħa ħarġu bl-unuri waqt pandemija u rringrazzjahom ta’ xogħolhom.

Intant id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef tkellem dwar il-ħidma interna tal-Partit Laburista li baqgħet għaddejja anki waqt l-imxija.

Saħaq li Jum il-Ħaddiem huwa anki jum ta’ riflessjoni għal dak li għaddejna minnu matul pandemija.

Il-Perit Daniel Micallef qal li minkejja l-isfidi, il-ħaddiema u l-familja jirrikonoxxu l-ħidma kbira li twettqet biex pajjiżna baqa’ għaddej.

Fakkar kif f’pajjiżi oħra r-realtà kienet mod ieħor.

F’Jum il-Ħaddiem qal li Gvern Nazzjonalista mhux f’riċessjoni finanzjarja u lanqas f’pandemija globali naqqas il-vaganzi tal-ħaddiema biex skont hu jżid il-kompetittività.

Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista dejjem ħadem għal ideal wieħed, dak li joħloq il-ġid, isaħħaħ u fuq kollox jinċentiva lill-ħaddiem.

“Il-Partit Laburista għaddej minn diversi riformi” – Daniel Micallef

Il-Partit Laburista għaddej minn diversi riformi taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.

Dan intqal mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef waqt programm fuq il-midja soċjali mmexxi mill-preżentatur ta’ esperjenza, Reno Bugeja.

Il-Perit Daniel Micallef qal kif waħda mir-riformi hija maħsuba li ssaħħaħ id-dixxiplina tal-etika ta’ kull min jirrapreżenta lill-Partit Laburista.

Aqra aktar

Proċess ta’ tiġdid tanġibbli fil-Partit Laburista

Il-Partit Laburista għaddej bi proċess ta’ tiġdid bil-fatti. Dan kien il-messaġġ ewlieni li għadda id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista Daniel Micallef waqt l-attività politika f’Ħal Balzan il-Ħadd filgħodu. Dan qed isir fost l-oħrajn bi tfassil tat-tiġidid tal-istrutturi tal-partit.Aqra aktar

L-ewwel voti għall-konferma ta’ Daniel Micallef

Is-Sibt filgħodu bejn id-disgħa u nofsinhar fid-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, saret il-votazzjoni bikrija biex Daniel Micallef jiġi kkonfermat fil-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, wara li aktar kmieni dan ix-xahar tefa’ n-nomina tiegħu.Aqra aktar

“Biddilna ta’ taħt fuq kif inħarsu lejn ħutna Maltin” – Daniel Micallef

“Ġibna bidla pożittiva fil-ħajja tan-nies…għamilna rivoluzzjonijiet soċjali kbar”

Hekk qal Daniel Micallef, President tal-Partit Laburista, waqt il-konferenza straordinajra tal-Partit Laburista. Qal li jekk tinsa  l-ħtieġa għalfejn missirjietna ħolqu l-partit snin ilu, tkun insejt kollox. Aħjar fl-oppożizzjoni, milli nibżgħu mmexxu ‘l quddiem dak li nemmnu fih, qal Micallef. 

Aqra aktar

Kungress tal-Partit Laburista miċ-Ċittadella sa Sant’ Anġlu

Miċ-Ċittadella f’Għawdex għall-forti sant Anġlu fil-Birgu. Iż-żewġ postijiet li nhar is-sibt 13 ta’ Mejju se jilqgħu l-kungress tal-partit laburista.

Dakinhar membri tal-Partit Laburista u l-pubbliku għandhom iċ-ċans iressqu l-ħsibijiet tagħhom biex jiġu inklużi mal-linji gwida tal-Politika tal-Partit Laburista għall-Manifest Elettorali.

Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef stqarr li l-kungress huwa turija ċara ta’ kemm il-Partit Laburista għandu l-bibien miftuħa u jisma’ dak li jrid il-poplu.

Aqra aktar

Il-ġimgħa tal-Konferenza

  • DANIEL MICALLEF JITKELLEM DWAR L-GĦANIJIET TAL-KONFERENZA ĠENERALI
  • SPAZJU GĦAD-DELEGATI TAL-PARTIT LABURISTA U GĦAS-SOĊJETÀ

Għal Daniel Micallef, il-President tal-Partit Laburista, il-ġimgħa li tibda għada hija fost l-iktar impenjattivi. Il-Partit Laburista jibda jlaqqa’ l-ogħla organu tiegħu, il-konferenza ġenerali, u l-programm għall-jiem li ġejjin huwa wieħed ambizzjuż.

Bit-tema “Malta ’l quddiem għal iktar suċċess” din il-konferenza ġenerali se tkun waħda ta’ partit li għandu l-grinta li jkompli jġib il-bidliet f’dan il-pajjiż. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd Micallef jagħmilha ċara li d-diskussjoni mhix waħda li tħares lura.

“Il-mozzjoni li għandna quddiemna tirrikonoxxi s-suċċess li ġab il-Gvern. Ma ninsewx li s-suċċess tal-Gvern huwa bbażat fuq il-Manifest Elettorali li kien approvat mill-istess konferenza fl-2013.

Aqra aktar

L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista f’laqgħa mal-Forum Unions Maltin

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona flimkien ma’ membri oħra tal Amminisrazzjoni tal-Partit Laburista żammew laqgħa mal-Forum Unjins Maltin fejn matulha Chris Cardona enfassiza l-ħtieġa tad-djalogu bejn il-partijiet kollha, djalogu li kien parti mis-suċċess li qed jikseb dan il-Gvern għax kien, għadu u se jibqa’ jisma’. Minkejja dan, issokta jgħid id-Deputat Mexxej Laburista, dan il-Gvern ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet, deċiżjonijiet fejn ikun hemm bżonn, deċiżjonijiet li propju jittieħdu wara li jkun sema’.

Aqra aktar

Send this to a friend