Coronavirus – One News

Notifiki

Id-Dexamethasone tista’ tgħin tista’ lill-pazjenti morda bil-Coronavirus

Mediċina rħisa u disponibbli fis-suq imsejħa dexamethasone tista’ tgħin biex issalva l-ħajja ta’ pazjenti li huma serjament milquta mill-Coronavirus.

L-aġenzija tal-aħbarijiet BBC qed tirraporta li skont l-esperti Ingliżi, it-trattament b’din il-mediċina huwa s-soluzzjoni li x-xjentisti kienu qed ifittxu biex tinstab kura għall-COVID-19. Aqra aktar

“Ma kinux jafu fejnha Malta imma issa jafuha bħala pajjiż li mar tajjeb ħafna fil-pandemija” – Studenta tal-Mediċina li kitbet ktieb dwar l-effetti tal-Covid-19

Kitbet artiklu dwar il-Coronavirus f’ġurnal lokali u ftit jiem wara ġiet avviċinata biex tkun parti minn tim minn madwar id-dinja li se jikteb ktieb dwar il-pandemija tal-Coronavirus.

Din hi l-esperjenza ta’ Rebecca Caruana, studenta Maltija tal-mediċina ta’ 23 sena li hi waħda fost l-erba’ awturi minn madwar id-dinja ta’ dan il-ktieb diġitali mimli tagħrif, fatti u kurżitajiet mill-aspett mediku dwar dan il-virus li waqqaf ħesrem lid-dinja kollha. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Mil-lum rilaxxati kważi l-kumplament tar-restrizzjonijiet

Il-5 ta’ Ġunju 2020 kien jum tant mistenni għal bosta hekk kif grazzi għall-aħħar rilaxx ta’ miżuri, in-negozji u l-familji ħadu pass ieħor għan-normalità.

Dan il-jum immarka wkoll ġimagħtejn minn mindu l-istabbilimenti kummerċjali fetħu mill-ġdid. Żjara li għamlet it-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija tefgħet dawl fuq l-esperjenzi varji tan-negozji. Fi kliem il-Perit David Xuereb, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-istabbilimenti kollha wrew serjetà kbira fl-operat mill-ġdid tagħhom u adattaw ħidmiethom skont l-istruzzjonijiet tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.

Aqra aktar

Oppożizzjoni inkompetenti li spiċċat tmeri lilha nnifisha

Il-Partit Laburista nnota l-aħħar stqarrija tal-Partit Nazzjonalista fejn kompla jiżbalja dwar fatti bażiċi fuq il-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna.

Intqal kif iI-Partit Nazzjonalista tenna l-iżball tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia s-Sibt u l-Ħadd li għadda meta qal li f’pajjiżna hawn ħdax-il elf persuna qiegħda.

Aqra aktar

Send this to a friend