coach – One News

Notifiki

Aġġornat: Jintlaqat minn bieba ta’ coach waqt li kien qed ibiddel puncture

llum, għall-ħabta tas-13.30, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq Buqana, ir-Rabat minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żurrieq, għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Dennis Excalibur li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 61 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Deċiżjoni sorpriża…tirtira Esther Azzopardi

F’deċiżjoni sorpriża, Esther Azzopardi rtirat mill-karriera tar-refeering. Azzopardi, meqjusa bħala waħda mil-aqwa referees f’Malta, kienet anke onorata f’Jum ir-Repubblika li għadda bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Hi kienet l-ewwel referee Maltija li kisbet il-‘badge’ tal-FIFA. Kevin Azzopardi, id-Direttur tar-Refereeing, qal li d-deċiżjoni ħaditu b’sorpiża u rringrazjaha tal-kontribut tagħha lill-logħba tal-futbol.

Azzopardi mistennija tkompli tikkontribwixxi f’diversi rwoli ġodda, fosthom bħala referee observer u ambaxxatur għar-referees femminili fi ħdan id-dipartiment tar-referees.

Send this to a friend