cnn – One News

Notifiki

Il-programm tal-IIP imfaħħar fuq is-CNN

Is-sit awtorevoli CNN faħħar il-programm Malti taċ-Ċittadinanza b’investiment magħruf aħjar bħala dak tal-IIP.Aqra aktar

Malta fost l-aqwa pajjiżi għal btala fir-rebbiegħa din is-sena

Malta ssemmiet ma’ 18-il pajjiż ieħor madwar id-dinja li huma l-aħjar post għal btala fir-Rebbiegħa. Dan skont studju li għamlet il-kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, CNN, fejn tat deskrizzjoni tal-aqwa 19-il pajjiż fid-dinja fejn wieħed jista’ jżur waqt btala f’dawn iż-żmienijiet.

Is-CNN qalu li l-btajjel tar-Rebbiegħa m’għadhomx sinonimi biss mal-avventuri fil-kampanja, iżda saru opportunità biex it-turisti jżuru postijiet pittoreski li ma jirrikjedux ħafna finanzjarjament.

L-istess artiklu qal ukoll li d-19-il pajjiż li kienu mistħarrġa kienu l-aqwa pajjiżi jew postijiet biex wieħed iżur fir-Rebbiegħa, li s’issa ftit kienu kkunsidrati bħala post tajjeb għal btala bejn Marzu u Ġunju.Aqra aktar

CNN: Malta l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied

Malta kienet ikklassifikata fl-ewwel post bħala l-isbaħ pajjiż fid-dinja fejn tista’ tgħaddi l-Milied 2018.

Is-sit tal-aħbarijiet tac-CNN reġa’ spjega għal darb’oħra kif Malta hija d-destinazzjoni ideali għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi tal-Milied bid-diversi tradizzjonijiet speċjali li jsiru fi gżiritina fost oħrajn il-presepji li jintramaw f’diversi rħula u li jkunu għall-wiri għall-pubbliku.

Jissemma wkoll il-presepju kbir u ħaj f’Betlehem f’Għajnsielem li huwa mifrux fuq medda kbira ta’ art b’diversi atturi u xenarji mill-isbaħ li jdaħħluk fl-ispirtu u joħduk lura fi żmien it-twelid ta’ Ġesù Kristu.

Ma tonqosx ukoll li tissemma il-mużika b’diversi kunċerti li jsiru fl-irħula u fil-knejjes li jiżżejnu apposta għal din il-ġrajja tant mistennija minn sena għall-oħra.

Ritratt: L-attività tal-Milied fin-Naxxar li ssir ta’ kull sena.

 

BIL-FILMAT: Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ CNN evakwata minħabba theddida ta’ bomba

Is-Servizz Sigriet tal-Istati Uniti qal li apparat suspettat li huwa splussiv intbagħtu kemm lill-eks Segretarju tal-Istat Hillary Clinton u kif ukoll lill-eks President Barack Obama. L-apparat instabu minn tekniċi li jissorveljaw posta li tintbagħat lil eks uffiċjali tal-Istati Uniti.

Il-post fejn instabu l-pakketti suspettużi ma kienx ikkonfermat mill-ewwel.

Il-bini ta’ Time Warner fi New York ukoll kien evakwat minħabba pakkett. Il-kamra tal-aħbarijiet CNN, li tinsab fl-istess bini, irrappurtat li kienet evakwata minħabba pakkett suspettuż. Aqra aktar

“Wara t-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra, Malta xorta għandha x’toffri” – CNN

Mhux l-ewwel darba li l-gżejjer Maltin iddominaw siti barranin bħal meta saru suġġerimenti biex it-turisti jżuru lil Malta, iżda waħda mill-akbar aħbar li ddominat siti bħall-BBC, CNN, DailyMail u diversi siti oħra, kienet l-aħbar ta’ meta waqgħet it-Tieqa tad-Dwejra. Għal darb’oħra din it-tieqa reġgħet issemmiet fuq is-sit tas-CNN, iżda din id-darba fuq nota differenti.

L-artiklu bl-isem “After the Azure Window: Malta’s many natural wonders” l-ewwel ifakkar il-memorja tat-Tieqa tad-Dwejra b’kummenti mingħand diversi persuni fosthom il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu u jkompli billi jgħid li għalkemm il-gżejjer Maltin tilfu waħda mill-ikbar attrazzjonijiet, din kienet biss il-bidu ta’ x’joffru l-Gżejjer Maltin.

L-awtriċi ta’ dan l-artiklu, Marissa Tejada, bdiet is-suġġerimenti tagħha bit-Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ. Post li kienu bosta li wara li waqgħet it-Tieqa tad-Dwejra kkummentaw li Għawdex tilfet waħda mit-Twieqi, iżda għandha oħra li għalkemm forsi mhux se tieħu post lil dik tad-Dwejra xorta waħda hi sabiħa u li wieħed għandu jżurha.

Aqra aktar

Send this to a friend