clyde caruana – One News

Notifiki

Suċċess fix-xogħol jimmarka l-ewwel erba’ snin tal-Gvern

Sal-bieraħ, kienu 2,730 persuna li f’Malta li qed jirregistraw għal xogħol. Figura li turi li issa n-numru ta’ nies qiegħda niżel sew taħt it-3000.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u ċ-Ċermen ta’ Jobs+ Clyde Caruana; li saret b’reazzjoni għall-istatistika tal-Eurostat ilbieraħ li kkonfermat kif fl-aħħar tliet xhur tas-sena l-ohra Malta kellha l-ikbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

“Nibnu fuq is-suċċess li ksibna”

Matul l-laqgħa ġenerali annwali tal-Jobsplus, il-kap eżekuttiv Clyde Caruana, ta’ rendikont tax-xogħol li sar u l-inizjattivi li tnehdew matul din is-sena.

Is-sur Caruana qal li din kienet sena li ġabet magħha numru sostanzjali ta’ bidliet, b’mixja li waslet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għal Jobsplus; b’isem u dehra ġdida li jirriflettu mhux biss tibdil kożmetiku, iżda wkoll tibdil fil-qafas ta’ l-operat. Dawn it-tibdiliet ssarfu f’numru ta’ records fis-suq tax-xogħol, inkluż żieda fl-impjiegi b’rata d-doppju ta’ dik fiż-żona ewro, u l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, hekk kif tul dawn l-aħħar tlett snin il-qgħad niżel minn 7,400 għal kważi 3,000.

Fost in-numru ta’ tibdiliet ġodda li saru matul dis-sena, daħlet fis-seħħ sistema ta’ tqabbil tal-impjiegi flimkien ma’ websajt ġdida, bil-mira li jinħoloq suq ta’ xogħol virtwali, filwaqt li żdiedet ukoll l-preżenza ta’ Jobsplus fuq siti soċjali sabiex jintlaħqu aktar nies.

Inbidlet ukoll b’mod radikali il-proċedura ta’ kif persuni li qed ifittxu xogħol jirreġistraw mal-Jobsplus, u żdiedet l-interazzjoni li jkollhom ir-reġistranti mal- employment advisers bl-għan li jiġu kkreati action plans għalihom, u b’hekk jkun hemm aktar għarfien tal-ħiliet ta’ dawk li qed jirreġistraw.

Aqra aktar

“Huwa ċar li m’hemmx problema li nsibu impjieg alternattiv għall-ħaddiema kollha”

Kien kliem il-Ministru Chris Cardona, wara l-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema f’madwar tletin impjant tagħha madwar l-Ewropa, inkluz f’pajjizna.

Quddiem din l-aħbar kiefra għall-ħaddiema, il-messaġġ tal-Gvern kien wieħed ċar li ħadd mill-ħaddiema m’hu se jagħmel jum wieħed mingħajr impjieg. Filfatt il-Gvern jinsab f’kuntatti ma’ kumpaniji oħra fis-settur tal-farmaċewtika li lesti jħaddmu lil dawn il-ħaddiema.

Hawn tista’ ssegwi kliem il-Ministru kif ukoll dak li kellu xi jgħid iċ-chairman eżekuttiv ta’ Jobsplus Clyde Caruana.
Aqra aktar

Se jkun analizzat kull każ ta’ qgħad

Fl-isfond li pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ qgħad qatt irreġistrata fl-istorja, nħasset il-ħtieġa li l-ammont li fadal ikun indirizzat b’mod dirett.
Jobsplus iddeċidiet li telimina sistema li ilha tintuża għall-sitta u għoxrin sena u minfloka tidħol sistema li se tindirizza każ każ.
Aqra aktar

Send this to a friend