Notifiki

€100 voucher għal kull turist ta’ 65+ u li jqattgħu minimu ta’ 15-il lejl f’Malta

It-turisti li għandhom aktar minn ħamsa u sittin sena u li jqattgħu minimu ta’ ħmistax-il lejl f’pajjiżna, se jkunu qed jingħataw mitt ewro voucher mill-Gvern Malti.

Dan propju tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Gvern għan-Nies mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, fejn saħaq li din l-iskema b’investiment ta’ miljun ewro tikkumplimenta l-ħidma tal-Gvern fl-irkupru tas-settur turistiku f’pajjiżna.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Gvern se jagħti għotjiet lil turisti li jagħżlu jirriservaw kmamar f’lukandi Maltin u Għawdxin

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti għotjiet lit-turisti li jirriservaw kmamar f’lukandi Maltin u Għawdxin tul is-sajf li ġej.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Fil-fatt, il-Ministru Bartolo spjega li għas-sajf li ġej mal-35,000 turist barranin li jirriservaw kamra f’lukandi Maltin b’mod dirett, se jingħataw għotja ta’ flus mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, abbażi tal-istilel li tħaddan il-lukanda.

Turist li jagħżel lukanda ta’ ħames stilel se jkun qed jingħata għotja ta’ €100, dak li jagħżel lukanda ta’ erba’ stilel se jkun qed jingħata €75 filwaqt li turist li jagħżel lukanda ta’ 3 stilel se jkun qed jirċievi €50.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Se tiġi restawrata l-parti li kienet id-daħla tal-Belt

B’investiment ta’ madwar mitejn elf ewro l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tirrestawra l-binjiet antiki li hemm fid-daħla tal-bieb Victoria fil-Belt Valletta.

Fil-passat din il-parti tal-Belt kienet ta’ importanza kbira, hekk kif għal snin twal serviet bħala l-entratura prinċipali għall-kapitali Maltija mill-Port il-Kbir.

Min-naħa l-oħra kienet isservi wkoll bħala mutur ekonomiku b’saħħitha għall-Belt, peress li diversi bejjiegħa kienu jarmaw is-suq.

Aqra aktar

Il-Gvern daħal forċina u refa’ parti mill-piż – l-MHRA wara laqgħa mal-Ministru għat-Turiżmu

Issa huwa ż-żmien li b’viżjoni nippreparaw lis-settur tat-turiżmu għall-futur wara l-irkupru mill-pandemija. Hekk stqarr il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo waqt laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni Maltija għas-sidien tar-ristoranti u l-lukandiera, l-MHRA.Aqra aktar

Send this to a friend