Notifiki

Nisa Laburisti tikkundanna l-attitudni arroganti ta’ Claudette Buttigieg

  • Nisa Laburisti tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Gvern se jressaq emendi biex jibdel il-liġi preżenti tal-IVF

Nisa Laburisti laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Gvern permezz tal-Ministru Chris Fearne ser ikun qed iressaq ‘l quddiem abbozz ta’ emendi biex jibdel il-liġi preżenti tal-IVF u kkundannat l-attitudni arroganti u patronizanti li ħadet id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg fil-konfront tad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar fil-Parlament waqt id-diskussjoni dwar id-dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni għas-sena finanzjarja 2017.

Aqra aktar

Buttigieg temmen li ħadd ma jista’ jieħu post Simon Busuttil

Wara d-deputat Robert Arrigo issa kien imiss lid-deputat Claudette Buttigieg li tgħamel appell pubbliku biex Simon Busuttil jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista wara li fit-3 ta’ Ġunju l-Partit Nazzjonalista sofra telfa kbira.

Fil-Partit Nazzjonalista saret manuvra biex it-tellieqa ta’ Kap tieħu ftit taż-żmien mhux ħażin u f’dan il-perjodu mistennija jissoktaw l-appelli biex Busuttil jibqa’, anke jekk Roberta Metsola qed tkun ippożizzjonata bħala l-kandidat tal-establishment f’każ li Busuttil iżomm mal-kelma li jitlaq.

Aqra aktar

Il-Ministru Dalli tgiddeb lil Claudette Buttiġieġ

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli xejnet kritika li saret mid- Deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ li fil-Parlament li allegat li Malta marret lura f’dak li għandu x’jaqsam mal-ugwaljanza fis-soċjetà.

Il-Ministru Dalli, li kienet qed titkellem fl-aġġornament tal-Parlament it-Tlieta fil-għaxija fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara li huwa ċċelebrat illum, qalet li kemm Buttigieg kif ukoll qablu Clyde Puli u l-Kap tal-Oppoizzjon li għawġu l-fatti meta kkwotaw statistika ppubblikata mill-Forum Ekonomiku Dinji fil-Global Gender Gap Index.

Butigieg allegat li fl-aħħar erba’ snin, Malta tilfet 24 post biex mit-48 post fl-2013, issa qed tikklassifika fl-108 post minn 144 pajjiż. Semmiet fost l-oħrajn li fis-settur tas-saħħa Malta tilfet 42 post waqt li fl-edukazzjoni tilfet 53 post.

Aqra aktar

Buttigieg terġa’ tgħaffeġ – tgħid li nżamm post vojt meta ilu mimli SENTEJN

Għal darb’oħra, bl-opinjoni tagħha fuq The Malta Independent, ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg uriet li fis-settur li hi responsabbli għalih, ma tafx x’inhi tgħid.

Il-Kelliema għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni llum qalet li l-post ta’ pediatric surgeon fl-isptar Mater Dei tħalla vakant apposta, wara li r-riżenja minn din il-pożizzjoni il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta daħal fil-kabinett.

Il-verità  hi li immedjatament wara li Chris Fearne kien ħa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari fl-2014, il-post tiegħu imtela’ minn kirurgu ieħor.

Aqra aktar

Buttigieg kontra l-air ambulance ukoll!

Gimmick u mhux prijorità. Dawn huma l-aġġettivi li sabet id-deputat u kelliem għas-saħħa tal-Partit Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, għas-servizz tal-Air Ambulance li tnieda fl-aħħar jiem. Servizz maħsub biex iġorr pazjenti mill-isptar ta’ Għawdex għal Malta u b’hekk is-servizz tas-saħħa ma jibqax jiddependi fuq il-Forzi Armati ta’ Malta.

Iżda, f’artiklu minn sensiela kontra l-proġett tas-saħħa mal-privat b’investiment ta’ iktar minn mitejn miljun ewro Buttigieg kitbet “Ladarba kien hemm servizz tajjeb mill-Forzi Armati l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz kien prijorità?”

F’The Malta Independent Claudette Buttigieg ilmentat li mill-isptar ta’ Għawdex il-pazjenti se jkunu mwassla għall-isptar San Luqa. Kif wara kollox seħħ għal dawn l-aħħar snin. Buttigieg tilmenta li l-gvern messu l-ewwel bena helipad Mater Dei.

Aqra aktar

Taf tistħi?

Li Claudette Buttigieg mhix ta’ livell ta’ shadow minister għas-settur tas-saħħa ilni naf. Intbaħt wara li segwetjha tagħmel żball wara ieħor bil-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jkollu jfehma bil-paċenzja kollha bħal meta għalliem ifiehem student tal-primarja.

Iżda, tal-inqas kont nemmen li għandha d-diċenza li tistħi. Però donnu lanqas sa hawn ma wasalna.Aqra aktar

F’dagħdigħa biex tikkritika, Claudette kritikat lilha nfihsa

Buttigieg kienet mill-aktar negattiva fil-qasam tas-saħħa f’intervent li għamlet il-bieraħ waqt attività politika tal-PN. 

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa nnota li Buttigieg selmet lil omm għax bintha kienet għal kura f’sala fis-sular minus one ta’ Mater Dei. Din hija waħda mis-swali li nfetħet fl-2011 fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Buttigieg kienet taħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa. Għalhekk Buttigieg spiċċat tikkritika lilha nnfisha.

“Ġojjell li wiret dan il-Gvern minn ta’ qablu” – b’dan il-mod ix-shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg iddeskriviet l-Isptar Mater Dei, minkejja l-problemi strutturali kbar li għalih il-poplu ser ikollu jħallas €150 milijun.

Aqra aktar

Send this to a friend